Herbert Ganado: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 23:
Kulma kiseb il-Partit Demokratiku Nazzjonalista fl-1966 kien 1.2% ta’ l-elettorat waqt li erba’ snin qabel kien ħa warajh 9.3% ta’ l-elettorat. Il-P.N. fl-1966 kien kiseb sitt siġġijiet iktar mill-Partit Laburista u dan jerġa’ jikkonferma kemm Ganado kien żbaljat fil-previżjonijiet tiegħu.
 
Darba li Ganado kisirha mal-P.N. kien sar ħabib kbir ta’ [[Mabel Strickland]] li wkoll kienet tara lil Dom Mintoff bħala l-għerq tal-problemi ta’ Malta. Milli jidher tant kienet tirrispettah lil Ganado, li Victor Griffiths, Professur tal-Mediċina, jsostni li f’okkażjoni minnhom jiftakar lil Mabel “introduċiet lil Herbert Ganado ma’ politikanti għolja sew Ingliżi u Ammiralli ... thisdan manil-bniedem willħa bejkun theil-Prim nextMinistru Primeta' MinisterMalta ofli Maltajmiss.” Il-profezija tagħha imma baqgħet ma seħħitx.
 
L-ikbar rigal ta’ Ganado lil Maltin ħutu hu l-awtobiografija tiegħu ''Rajt Malta Tinbidel'' - magħmula minn erba’ volumi - li fiha tkellem dwar il-familja tiegħu, dwar artu u dwaru nnifsu. Tkellem b’mod dettaljat dwar sehmu fil-politika. Fid-daħla tat-tielet volum kiteb li “nistħajjel li jiena kont l-ewwel wieħed li kelli l-kuraġġ jew il-wiċċ tost, kif tgħidli marti, li nikteb ħajti kollha bl-istorja intima tagħha.” Din l-awtobijografija hija wkoll fonti importanti ta' l-i[[storja soċjali]] Maltija mill-1900 sa l-1969. Wara mewtu ġew ippubblikati ''Jien Inħobb Nitkellem Magħkom'' (ġabra ta' artikli li huwa kiteb matul is-snin fil-''Leħen is-Sewwa''). Herbert Ganado huwa wkoll iz-ziju ta' l-awtriċi kontemporanea [[Maria Grech Ganado]].