Ugo Grozju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Bot Żieda: bg:Хуго Гроций; kosmetiċi bidliet
Linja 1:
[[FileStampa:Michiel Jansz van Mierevelt - Hugo Grotius.jpg|thumb|230px|Hugo Grotius - Ritratt impitter minn Michiel Jansz van Mierevelt, 1631]]
 
'''Ugo Grozju''' (Hugo Grotius, Huig de Groot, jew Hugo de Groot) (Delft, 1583 – Rostock, 28 ta’ Awwissu 1645) kien ġurista, filosfu u kittieb Olandiż.
 
Ħadem bħala ġurista fil-Provinċji Uniti (il-lum il-[[Olanda|Pajjiżi Baxxi]]) u bena s-sisien tad-Dritt Internazzjonali, ibbażat fuq id-Dritt Naturali. Kien ukoll filosfu, kittieb tat-teatru, u poeta.
Linja 13:
Aktar tard, din it-tilwima kellha implikazzjonijiet ekonomiċi siewja. Ir-Repubblika Olandiża kien isostni l-idea tal-iskambju liberu (minkejja li kienet imponiet il-monopolju tagħha fuq il-kummerċ tan-noċemuskata u tal-imsiemer tal-qronfol fuq il-Gżejjer Molukki). L-Ingilterra, mill-banda l-oħra, fl-1651 għaddiet in-''Navigation Act'', li bih ippermettiet li fil-pajjiż jidħlu biss il-prodotti trasportati mill-bastimenti Ingliżi. Dan wassal għall-ewwel gwerra Anglo-Olandiża (1652 - 1654).
[[Stampa:Hugo de Groot.jpg|thumb|150px|left|Mafkar Ugo Grozju]]
Grozju kien sostenitur tal-Istati Ġenerali Olandiżi, u għalhekk kontra l-i''statolder'' Mawrizju ta’ Nassau, bin Gulielmu I d'Orange (Gulielmu s-Sieket). Safa arrestat minn Mawrizju nhar id-29 ta’ Awwissu 1618, flimkien ma’ Johan van Oldenbarnevelt. Wara proċess sommarju, Van Oldenbarnevelt safa kkundannat għall-mewt u ġġustizzjat, filwaqt li Grozju safa kkundannat għomru l-ħabs fil-Kastell ta’ Loevenstein. Fl-1621 irnexxielu jaħrab billi nħeba f'senduq għall-kotba, u stkenn Pariġi. Fl-Olanda huwa magħruf l-aktar għal dil-ħarba rokamboleska tiegħu. Kemm il-Rijksmuseum f’Amsterdam, kemm il-Het Prinsenhof f’Delft jisħqu li għandhom is-senduq oriġinali.
 
Grozju għex fi żmien il-gwerra tat-Tmenin Sena bejn Spanja u l-Pajjiżi Baxxi u l-gwerra tat-Tletin Sena bejn il-ġnus Ewropej Protestanti u dawk Kattoliċi. Mhux tal-għaġeb għalhekk li kien interessat fit-tilwim bejn il-ġnus u wkoll dak bejn ir-reliġjonijiet. Kien Kalvinista moderat u kellu ħafna kuntatti mad-dinja Kattolika u saħansitra kien jittama li għad ikun hemm riunifikazzjoni tal-Knejjes Insara. Fl-1625 ippubblika l-ktieb ''De iure belli ac pacis'' (''Il-Liġijiet tal-Gwerra u tal-Paċi''), fejn ippreżenta t-teorija tal-gwerra ġusta u saħaq li kull ġens kien marbut bil-prinċipji tad-Dritt Naturali.
Linja 21:
Grozju għandu [[asterojde]] msemmi għalih: 9994 Grotius
 
== It-Teorija tal-"Kuntratt Soċjali" ==
 
Grozju hu meqjus, flimkien ma’ [[Francisco de Vitoria]], bħala missier id-Dritt Naturali fl-epoka moderna. Barra minn hekk, fil-ktieb tiegħu ''De iure belli ac pacis'' hemm kwadru sħiħ tat-tendenzi li mbagħad wasslu għar-razzjonaliżmu modern.
Linja 27:
Waħda mit-teoriji ġusfilosofiċi l-aktar importanti fformulati minn Grozju kienet dik tal-"kuntratt soċjali"', jiġifieri li l-istat tan-natura jidderiva minn tendenza tal-bniedem li jasal li jistitwixxi flimkien ma’ dawk bħalu forma determinata ta’ komunità politika, paċifika u konkordi ( ''appetitus societatis'' ).
 
Il-kuntratt soċjali jitwettaq meta l-istat tan-natura jsir imprattikabbli, vjolenti u insigur minħabba li jkunu tkattru l-ħtiġiet, naqsu r-rikezzi disponibbli u fiġġew l-istinti egoistiċi.
 
F’dan il-każ, il-bnedmin, minħabba li jkun hemm utilità komuni, jgħaddu mill-istat tan-natura għall-istat ċivili u jittrasferixxu lil sovran, permezz ta’ patt, il-poter li jista' jġib bil-koerċizzjoni r-rispett għall-isfera ta’ interessi ta’ kull individwu, li jżomm l-ordni soċjali u l-paċi.
Linja 33:
Dan il-kuntratt, li fih jiġu ffissati l-jeddijiet tal-wieħed u l-poteri tas-sovran, joħloq l-Istat u l-poter tiegħu kif ukoll iż-żewġ sferi distinti tad-Dritt Pubbliku u d-Dritt Privat. L-Istat jiġi konċepit minn Grozju bħala makroindividwu li jista’, bħal individwu, iżomm relazzjonijiet mal-bnedmin b'mod differenti mill-polis griega jew mill-corpora medjevali. Din l-idea akkumpanjat l-iżvilupp tal-borgeżija u ttraduċiet ruħha fl-idea ġusnaturalistika li tgħid li l-bniedem għandu l-istrumenti neċessarji ħalli jsir jaf u b’hekk jiddomina d-dinja permezz tal-kixfiet u sejbiet xjentifiċi l-ġodda.
 
== Il-Verità tar-Reliġjon Nisranija ==
 
Ugo Grozju kiteb kiteb li fih ħabbar li jħaddan il-Kristjaneżmu, bl-isem ''De veritate religionis Christianae'', ippubblikat fl-1632, li ġie tradott mil-Latin fl-Ingliż, Għarbi, Persjan u Ċiniż minn Edward Pococke. Intuża mill-missjunarji fl-Orjent u baqa’ jiġi stampat sa tmiem is-seklu XIX. Kien l-ewwel ktieb ta’ apoloġija Nisranija u kien maqsum f’sitt partijiet. Parti mit-test hi dwar il-kwestjoni emerġenti tal-konsapevolezza storika tal-awtorità u l-kontenut tal-Vangeli kanoniċi. Partijiet oħrajn kienu jirrigwardaw ir-reliġjonijiet pagani, l-Ebrajiżmu u l-Islam. Dak li jagħżel lil dan ix-xogħol minn oħrajn fl-ambitu tal-apoloġetika Nisranija huwa r-rwol ta’ prekursur ta’ wħud mill-problemi li fiġġew fid-deiżmu tas-seklu XVIII, u li Grozju kien l-ewwel wieħed li ddefenda l-fidi Nisranija fil-kamp tal-apoloġetika legali jew ġuridika.
Linja 39:
[[arz:هوجو جروشيوس]]
[[az:Hüqo Qrotsi]]
[[bg:Хуго Гроций]]
[[bs:Hugo Grotius]]
[[ca:Hugo Grotius]]