Lingwa Kopta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Coptic&Arabic.jpg|thumb|300px|right|Iskrizzjonijiet kopti u Għarab fi knisja fil-[[Il-Kajr|Kajr]] antik]]
 
Il-'''lingwa Kopta'''hi hu l-isem użat biex nirreferu għal-lingwa [[Lingwi Afro-Asjatiċi|Afro-Asjatika]] li hi l-aħħar fażi tal-Eġizzjan antik. Ir-relazzjoni bejn l-ilsien Kopt u l-Eġizzjan antik klassiku, hija simili għal dik li teżisti bejn il-lingwi rumanzi u l-Latin klassiku, b'tali mod li għandu grammatika u karatteristiċi ċarament distinti mill-lingwa tal-iskrizzjonijiet ġeroglifiċi tal-Imperu Nofsani. It-terminu "Kopt/Kopta" beda jintuża għall-lingwa Eġizzjana mill-ewwel seklu wK u baqa' s’issa<ref>[http://www.stshenouda.com/coptlang/copthist.htm The History of the Coptic Language]</ref>. Bħala l-lingwa ta' kuljum kienet fl-aqwa tagħha fis-seklu III sas-seklu VI. Illum baqgħet biss bħala [[lingwa liturġika]] tal-[[Knisja Kopta]].
 
L-alfabett Kopt, li ġie introdott fit-tieni seklu qK, hu magħmul mill-ittri tal-alfabett Grieg, miżjud b'sitta jew seba' karattri tal-[[Kitba demotika|kitba demotika]] meħtieġa biex jirrappreżentaw il-ħsejjes li ma jinstabux fil-Grieg.
 
== Aspetti storiċi, soċjali u kulturali ==
=== Storja ===
Il-kopt għandu għadd kbir ta' kliem meħudin mill-lingwa Griega, il-lingwa uffiċjali imposta mit-[[dinastija Tolemajka|Tolomej]]. Fis-seklu V qK kienet il-lingwa wżata fil-letteratura fl-[[Eġittu l-Għoli]].
 
It-terminu kopt/kopta ġej mill-kelma Griega antika Αἰγύπτιος / "Aigúptios" li tfisser ''Eġizzjan'' u ġiet mgħawġa mill-Kopti f' "Kuptios". Imbagħad, wara l-konkwisti Għarab tas-641 li għalihom il-kliem Eġizzjan u Nisrani kienu sinonimi inbidlet f' قبط , bl-Għarbi, pronunzjata ''Qibt'' fl-[[Eġittu l-Baxx]] u ''Gibt'' fl-[[Eġittu l-Għoli]] u l-[[Il-Kajr|Kajr]]. Din l-aħħar forma, saret "Kopt" fil-lingwi Ewropej u saret isservi bħala l-isem tal-ilsien u l-kitba kif ukoll għan-nies Kopti. Meta l-lingwa Eġizzjana kien ħa postha l-Għarbi fis-seklu XII, il-Kopt baqa' jintuża biss bħala lingwa liturġika, fil-Knisja Monofiżita Kopta, li kienet infirdet mill-Knisja Biżantina fis-seklu V.
 
L-eqdem kitbiet bil-Kopt huma l-ittri ta' [[Antonin Abbati|Sant Antonin AbbattiAbbati]] (251-356), l-anakoreta tad-deżert. Matul is-sekli III u IV ħafna ekkleżjastiċi kitbu bil-Kopt, fosthom kien Pakomju, li r-regola monastika tiegħu għadha teżisti fil-Knisja Kopta. Id-dokumenti li nstabu f'Nag Ħammadi<ref>[http://www.gnosis.org/naghamm/nhl.html]</ref> huma bid-djalett Kopt, imsejjaħ Sagħidi.
[[Stampa:Coptic.jpg|thumb|Iskrizzjoni Kopta]]