Lingwa Kopta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 11:
It-terminu kopt/kopta ġej mill-kelma Griega antika Αἰγύπτιος / "Aigúptios" li tfisser ''Eġizzjan'' u ġiet mgħawġa mill-Kopti f' "Kuptios". Imbagħad, wara l-konkwisti Għarab tas-641 li għalihom il-kliem Eġizzjan u Nisrani kienu sinonimi inbidlet f' قبط , bl-Għarbi, pronunzjata ''Qibt'' fl-[[Eġittu l-Baxx]] u ''Gibt'' fl-[[Eġittu l-Għoli]] u l-[[Il-Kajr|Kajr]]. Din l-aħħar forma, saret "Kopt" fil-lingwi Ewropej u saret isservi bħala l-isem tal-ilsien u l-kitba kif ukoll għan-nies Kopti. Meta l-lingwa Eġizzjana kien ħa postha l-Għarbi fis-seklu XII, il-Kopt baqa' jintuża biss bħala lingwa liturġika, fil-Knisja Monofiżita Kopta, li kienet infirdet mill-Knisja Biżantina fis-seklu V.
 
L-eqdem kitbiet bil-Kopt huma l-ittri ta' [[Antonin Abbati|Sant Antonin Abbatti]] (251-356), l-anakoreta tad-deżert. Matul is-sekli III u IV ħafna ekkleżjastiċi kitbu bil-Kopt, fosthom kien Pakomju, li r-regola monastika tiegħu għadha teżisti fil-Knisja Kopta. Id-dokumenti li nstabu f'Nag Ħammadi<ref>[http://www.gnosis.org/naghamm/nhl.html]</ref> huma bid-djalett Kopt, imsejjaħ Sagħidi.
[[ArchivoStampa:Coptic.jpg|thumb|Iskrizzjoni Kopta]]
 
===Id-djaletti tal-Kopt ===