Lingwa Kopta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 30:
=== Ġeneru grammatikali u numru ===
Fil-Kopt hemm żewġ valuri possibbli tal-[[ġeneru grammatikali]] (maskili / femminili) li ntirtu mill-Eġizzjan klassiku. It-tmiem antik tal-femminili ''t'' sofra xi bidliet fonetiċi u fil-Kopt jidher biss meta jkun segwit minn ċerti suffissi possessivi: ''ro'' 'ħalq', ''rō.k'' 'ħalqek'; ''hē'' 'ġisem', ''hēt.f'' 'ġismek'.
 
Il-Kopt żviluppa l-artiklu mid-dimostrattivi tal-Eġizzjan klassiku, li ma kellux artikli. Dan ifakkar f'dak li ġara fil-lingwi Rumanzi. Fil-fatt (bħal fil-Franċiż pereżempju) il- ġeneru ta' xi kliem fil-Kopt nistgħu nafuh biss mill-forma tal-artiklu. Il-forom tal-artiklu definit maskili huma: p'', pi, pe'' u l-forom femminili huma ''t-, ti, te'', il-forom kollha għnadhom il-[[plural]] ''n- '':
:''rōme'' 'raġel' / ''p-rōme'' 'ir-raġel' / ''n-rōme'' 'l-irġiel'
:''p-saje'' 'il-kelma' / ''ti.polis'' 'il-belt', ''n-halate'' 'l-għasafar'
Jintuża spiss ukoll l-"artiklu" indefinit li ma jeżiztix fl-Eġizzjan klassiku. Dan l-artiklu evolva min-numru wieħed ''ou'".
 
==Referenzi==