Lingwa Kopta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 27:
 
Il-Kopt tilef it-tmimijiet verbali u nominali tal-Eġizzjan klassiku, b'tali mod li l-flessjoni tiegħu għandha karatteristiċi differenti mqabbla mal-fażijiet iżjed antiki tal-lingwa Eġizzjana. Fil-fatt il-Kopt għandu t-tendenza li jirrappreżenta ċerti relazzjonijiet grammatikali permezz ta' artikli, prepożizzjonijiet u partiċelli f'kostruzzjonijiet analitiċi b'kuntrast mas-sistema aktar sintetika u flessjonali tal-Eġizzjan klassiku (hemm xi paralleliżmu ma' dak li ġara fil-mogħdija tal-Latin għal-lingwi Rumanzi).
 
=== Ġeneru grammatikali u numru ===
Fil-Kopt hemm żewġ valuri possibbli tal-[[ġeneru grammatikali]] (maskili / femminili) li ntirtu mill-Eġizzjan klassiku. It-tmiem antik tal-femminili ''t'' sofra xi bidliet fonetiċi u fil-Kopt jidher biss meta jkun segwit minn ċerti suffissi possessivi: ''ro'' 'ħalq, ''rō.k'' 'ħalqek'; ''hē'' 'ġisem', ''hēt.f'' 'ġismek'.
 
==Referenzi==