Divorzju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 32:
Fi Frar 2011, il-[[Partit Nazzjonalista]] ħa pożizzjoni kontra d-dħul tad-divorzju, iżda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ta vot ħieles lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti. Gonzi kien tal-fehma li minħabba li m'hemmx mandat elettorali biex jidħol id-divorzju, din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-poplu.
 
Nhar is-16 ta' Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal-Oppożizzjoni quddiem il-Parlament dwar kif għandha tkun il-mistoqsija tar-referendum li se jsir fit-28 ta' Mejju 2011, jiġifieri “Taqbel mal-introduzzjoni tal-għażla tad-divorzju f’każ ta’ koppja miż­żewġa li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill-inqas erba’ snin u meta ma jkun hemm l-ebda tama raġjonevoli ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, fil-waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t-tfal?” Din għaddiet għax ivvutat għaliha l-Oppożizzjoni kollha u żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett. Għar-Referendum tat-28 ta' Mejju ħarġu jivvutaw 232,691 persuna jew 73% ta' dawk li kellhom dritt jivvutaw.
 
Nhar id-29 ta' Mejju 2011, l-għada tar-Referendum, tħabbar li dan għadda b’maġġoranza ta’ 53.2%, b'distakk ta' 14,576 vot. Fi tliet distretti biss – minn 13 – kien hemm iktar minn ivvota kontra l-introduzzjoni tad-divorzju: it-Tmien Distrett - 52% kontra (Birkirkara, Iklin, Ħal Lija, Fleur-de-Lys, Swatar u parti minn Santa Venera), il-Ħdax-il Distrett - 54% kontra u t-Tlettax-il Distrett (Għaw­dex), fejn kważi 70% tal-elettorat espri­ma l-pożizzjoni tiegħu kontra. F’xandira rrekordjata, il-Prim Mi­nistru Lawrence Gonzi qal li għalkemm ir-riżultat ma kienx dak li xtaq hu, ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu se tkun irrispettata u l-Parlament se jkun qiegħed iħejji biex jilleġisla l-introduzzjoni tad-divorzju. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Joseph Muscat sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li fiha ddikjara li b’dan ir-riżultat, bdiet titwieled Malta differenti, Malta ġdida. Huwa wera ruħu sodisfatt li fil-ġimgħat li għaddew, tkellem fil-beraħ dwar il-pożizzjoni tiegħu, minflok għażel li jistaħba. Joseph Muscat qal li huwa kburi li għamel dak kollu li huwa sewwa, minflok għażel li jagħmel dak li kien ikun l-inqas politikament riskjuż u l-aktar politikament konvenjenti.
 
 
[[Kategorija:Divorzju| ]]