Mediterran: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 7:
Magħruf bħala l-benniena taċ-ċiviltà, il-Mediterran "infetaħ" għal kummerċ mill-ewwel merkanti u baħħara, il-[[Feniċi]]. Matul l-era klassika, [[Kartaġni]], il-[[Greċja]], l-[[Etruski]], u [[Ruma]] lkoll pruvaw jieħdu l-kontroll ta' dan il-baħar sakemm r-Rumani rnexxielhom ibiddluh fil-''Mare Nostrum''. Iktar tard kien iddominat mil-[[Biżantini]] u mill-[[Għarab]], u matul is-sekli tal-[[Medjuevu]], hafna bliet-repubbliki u kummerċjanti Taljani minn bliet bħal [[Venezja]] u [[Ġenova]], kellhom il-kontroll tal-passaġġi kummerċjali tal-Mediterran.
 
Wara l-Medjuevu il-Mediterran donnu raqad, peress li l-baħħara kellhom ħarsthom lejn l-ibħra u l-oċeani l-ġodda; din ir-raqda damet sal-[[Gwerer Rivoluzzjonarji]] u [[Gwerer Napoleoniċi]], meta l-[[Ingilterra]] ntebħet li l-Mediterran kien importanti ħafna għar-rotta lejn l-[[Indja]]. Il-Mediterran kompla żviluppa iktar mal-ftuħ tal-[[Kanal ta' Swejż]] fl-[[18691269]], meta ħafna mil-kummerċ mondjali lejn is-swieq Ewropej, kif ukoll il-qmuħ mir-[[Russja]], kienu jgħaddu minn ġo fih.
 
Kontroll tal-gżejjer, xtut, u rotot kummerċjali kien vitali matul il-[[Gwerer Dinjija]], u għalhekk kienu ħafna l-ideat u pjanijiet ta' attakk u difiża f'dawn l-inħawi, forsi l-iktar prominenti fosthom huma il-[[Gwerra tal-Krimea]], l-attakk fuq id-Dardanelli, it-tieni assedju ta' Malta u l-Battalji tal-Afrika ta' Fuq.