Anthony Mamo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.5.1) (robot Modifying: ru:Мамо, Энтони
No edit summary
Linja 1:
Sir Anthony Mamo, OBE, QC, (Birkirkara, 9 JannrJannar 1909 – 1 Mejju 2008) kien l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta mill-1974 sal-1976.
 
== Tfulija ==
Anthony Mamo twieled [[Birkirkara]] fid-9 ta’ Jannar, 1909. Ħa l-edukazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof u wara fl-Università Irjali ta’ Malta meta fl-1931 iggradwa bil-Baċellerat fl-Arti u tliet snin wara ggradwa bħala avukat. Huwa sar l-Avukat Ġenerali tal-Kuruna fl-1955 u sentejn wara nħatar Prim Imħallef u President tal-Qorti tal-Appell. Huwa rċieva l-OBE fl-1957 u ngħata t-titlu ta’ ''Sir'' mir-[[Reġina Eliżabetta II]] fl-1959. Fis-snin sittin, Sir Anthony inħatar bħala Aġent Gvernatur ta’ Malta mir-Reġina Eliżabetta II u fl-1971 wara li tela' fil-gvern il-Partit Laburista mmexxi minn [[Dom Mintoff]] inħatar l-ewwel Gvernatur Ġenerali Malti u dam jokkupa din il-kariga sal-1974. Sir Anthony ħadem mill-qrib ma’ erba’ Prim Ministri differenti, [[Pawlu Boffa]], [[Nerik Mizzi]], [[Ġorġ Borg Olivier]] u Dom Mintoff.
 
Anthony Mamo twieled [[Birkirkara]] fid-9 ta’ Jannar, 1909. Fi kliem ibnu John, Anthony jew Ninu Mamo "twieled fqir. Kienu ħafna aħwa u t-tfulija tagħhom kienu jgħixuha fil-faqar. Kien imur skola Birkirkara u anke ġieli f’Ħ’Attard. Kien jirrakkontali li fi tfulitu kienet problema biex ikollhom finanzi biżżejjed biex jixtru sandli jew qorq. Biex jibża għall-qorq li kellu, tant li fit-triq li tagħti lejn l-iskola li fiha ma kienx ikun hemm nies, kien jimxi ħafi. Meta jasal fil-parti ċentrali, kien jilbsu. Missieru u ommu mhux biss kellhom familja kbira, imma d-dħul tagħhom kien ristrett għax huma kull ma kellhom kien ħanut li jbiegħu l-ħaxix. Missieri kienu ukoll jgħin f’dan ix-xogħol, li l-moħħ wara x-xogħol ta’ dan il-ħanut kienet l-omm.”
 
“Mindu kien żgħir kien jiġi dejjem minn ta’ quddiem fl-eżamijiet. Kien jiġi l-ewwel u l-oħrajn warajh. Mill-edukazzjoni tal-bidu kien kompla jistudja s-seminarju. Darba biss ma ġiex l-ewwel. Dan kien meta mietet ommu. Lil ommu kien iħobbha ħafna u l-mewt tagħha affettwatu. Fl-iskola kien jitqabbad biex jagħmel il-prietki tal-Milied u aktar tard anke għamel diskorsi waqt xi okkażjonijiet. Kien jinqala’ biex jitkellem u meta kien is-seminarju kien hemm min kien jgħid li għad isir Isqof.”
 
Anthony Mamo twieled [[Birkirkara]] fid-9 ta’ Jannar, 1909. Ħa l-edukazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof u wara fl-Università Irjali ta’ Malta meta fl-1931 iggradwa bil-Baċellerat fl-Arti u tliet snin wara ggradwa bħala avukat. Huwa sar l-Avukat Ġenerali tal-Kuruna fl-1955 u sentejn wara nħatar Prim Imħallef u President tal-Qorti tal-Appell. Huwa rċieva l-OBE fl-1957 u ngħata t-titlu ta’ ''Sir'' mir-[[Reġina Eliżabetta II]] fl-1959. Fis-snin sittin, Sir Anthony inħatar bħala Aġent Gvernatur ta’ Malta mir-Reġina Eliżabetta II u fl-1971 wara li tela' fil-gvern il-Partit Laburista mmexxi minn [[Dom Mintoff]] inħatar l-ewwel Gvernatur Ġenerali Malti u dam jokkupa din il-kariga sal-1974. Sir Anthony ħadem mill-qrib ma’ erba’ Prim Ministri differenti, [[Pawlu Boffa]], [[Nerik Mizzi]], [[Ġorġ Borg Olivier]] u Dom Mintoff.
 
== L-ewwel President ta' Malta ==
Line 24 ⟶ 30:
Fl-1993, Sir Anthony ngħata l-unur ta’ Sieħeb il-Ġieħ, l-ogħla Unur fl-Ordni ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
 
== Ħajja personali ==
Mamo kien iżżewweġ mil Margaret Agius fil-15 ta’ Awwissu, 1939 u kellhom tifel, John, u żewġt ibniet, Josephine u Monica.
 
Mamo kien iżżewweġ mil Margaret Agius fil-15 ta’ Awwissu, 1939 (mietet fil-25 ta' Ġunju 2002) u kellhom tifel, John, u żewġt ibniet, Josephine u Monica.
 
Kien iħobb ħafna l-festa ta' Santa Liena ta' Birkirkara b’mod partikolari it-tranżlazzjoni ta’ lejlet il-festa. Fi kliem ibnu, "Il-festa ta’ Santa Liena konna ngawduha flimkien. Konna ilna snin kbar nagħmlu hekk. Ġieli kont barra minn Malta, f’pajjiżi l-bogħod bħall-Korea u kelli niġi għax tkun waslet il-festa ta’ Santa Liena. Ma kienx jitlifha u kien jgħidli ‘ġimgħa oħra l-festa’. Kien iħobb ħafna l-funzjonijiet tal-knisja b’mod partikolari l-mużika li tindaqq. Kien ipoġġi man-nies fil-ġenb tal-Bażilika u jsegwi minn hemm. L-aħħar li morna, allavolja saħħtu ta’ età kbira, ried li jqum u jpoġġi bilqiegħda kif jagħmlu l-bqija tan-nies. Dak inhar tal-festa, konna mmorru għall-purċissjoni filgħodu u hemmhekk konna niltaqgħu ma’ ħafna ħbieb antiki tiegħu.”
 
== Funeral Statali ==
 
Il-funeral statali ta’ Sir Anthony Mamo sar nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju 2008, l-għada ta' mewtu. Il-kadavru ta’ Mamo kien espost għall-pubbliku fil-bitħa tal-Palazz il-Belt għal xi ħin. Wara, it-tebut imgeżwer fil-bandiera Maltija, tqiegħed fuq kanun tal-Forzi Armati u nġarr fost atmosfera solenni lejn il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fejn saret il-quddiesa. Preżenti kien hemm l-ogħla dinjitarji tal-pajjiż, politiċi, membri tal-ġudikatura, avukati u nies komuni li tawh l-aħħar tislima. Mons. Arċisqof Pawl Cremona fl-omelija tal-quddiesa qal li “nirringrazzjaw lil Alla għad-doni kollha li ta lil Sir Anthony Mamo u li hu użahom b’ħafna modi differenti għall-ġid tas-soċjetà tagħna f’Malta. Nirringrazzjaw ukoll lill-Mulej, għad-doni li hu ta lil Sir Anthony Mamo, li permezz tagħhom rabba familja skond is-sejħa tiegħu fiż-żwieġ... F’dawn il-ġranet smajna, ġustament, dwar dik li kienet il-ħajja pubblika ta’ Sir Anthony Mamo. Fakkarna f’kemm ġid pubbliku u soċjali hu ta lis-soċjetà Maltija. Imma jiena naħseb li ma kienx jiddispjaċih żgur, jekk aħna li qegħdin hawnhekk għal din il-quddiesa nħallu din il-mewt tiegħu tgħinna wkoll biex nagħmlu riflessjoni Nisranija dwar dan il-mument... Nistħajlu, kieku kien hawn, ma tantx iltqajt miegħu jien, imma mort narah fl-aħħar xhur, min jaf kemm kien ikun ferħan jekk ikun jaf li anke l-mewt tiegħu swiet biex dik li hija r-realtà Nisranija tidħol aktar f’qalbna, dik li kienet tant f’qalbu.”
 
Skont il-ġurnal ''L-Orizzont'', "il-Perit [[Dom Mintoff]], li miegħu ħadem mill-qrib Sir Anthony Mamo, mar jagħti l-aħħar tislima lil dan il-ġentlom u l-bniedem li dejjem ġab l-ewwel l-interess nazzjonali. Il-Perit Mintoff, għamel xi ħin jitkellem mal-familjari tiegħu. Ma naqasx li hu jirrakkontalhom xi episodji tal-ħidma tagħhom għall-ġid tal-pajjiż. Fost dawn kien hemm kif Sir Anthony kien iħobb jagħmel l-affarijiet b’mod pulit u Mintoff bi stil differenti. Fil-laqgħa ta’ madwar nofs siegħa issemiet ukoll iż-żjara li l-Perit Mintoff kien għamel lil Sir Anthony Mamo meta kien rikoverat fl-isptar. Fi kliem Dr John Mamo stess, il-familja apprezzat ħafna iż-żjara tal-Perit Mintoff."
 
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6912 Intervista mal-avukat John Mamo, iben Anthony Mamo]
 
 
{{kaxxa tal-bidu}}