Knisja Katidrali ta' Għawdex: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: left|thumb|200px|Dehra tal-Knisja minn ġewwa.Il-Katidral ta' Għawdex hija l-ogħla knisja fil-gżira ta’ Għawdex u s-sede uffiċċjali ...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 21:23, 18 April 2011

Il-Katidral ta' Għawdex hija l-ogħla knisja fil-gżira ta’ Għawdex u s-sede uffiċċjali tal-Isqof ta’ Għawdex, hekk kif promulgat mill-Papa Piju IX fl-1864. Il-Katidral preżenti jinsab fil-belt iffortifikata taċ-Ċittadella, u nbena fuq pjanta tal-arkitett Malti Lorenzo Gafà bejn l-1697 u l-1711. Qabel il-bini preżenti, iżda, kien hemm knisja oħra li ġġarrfet f’terrimot fl-1693. Skavi Arkeoloġiċi waqt it-tħaffir għall-pedamenti tal-Katidral preżenti kixfu għall-ewwel darba fdalijiet ta’ dak li ġie konkluż hu tempju Ruman iddedikat lill-alla Ġuno.

Dehra tal-Knisja minn ġewwa.

Il-Katidral iservi wkoll ta’ waħda miż-żewġ parroċċi prinċipali tal-Belt Victoria, iddedikat lill-Assunzjoni ta' Marija, u huwa kkunsidrat minn bosta bħala l-Knisja Matriċi u Omm il-Knejjes tal-gżira, għalkemm is-suġġett għadu kontroversjali sal-lum. Fl-1991, il-Papa Ġwanni Pawlu II sar l-ewwel kap tal-Knisja Kattolika Rumana li għamel żjara uffiċċjali fil-Knisja Katidrali.

Preżentament, l-Isqof in kariga huwa l-E.T. Mons. Mario Grech, filwaqt li l-Arċipriet huwa l-Mons. Ġużeppi Attard. L-Arċidjaknu tal-Kapitlu Katidrali huwa l-Mons. Giovanni Bosco Gauci. Nhar l-14 t'Awwissu 2011, il-knisja tkun qed tiċċelebra t-300 sena anniversarju mill-ftuħ tagħha.