Karin Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 25:
Fil-Parlament, nhar id-19 ta’ Ġunju 1985, il-Kap tal-Oppożizzjoni [[Eddie Fenech Adami]] meta kien qiegħed iwieġeb għall-intervent tal-Ministru Laburista Alex Sciberras Trigona, kien qal: "Ngħidlek xi darba dwar Karin Grech, meta nkunu aħna fil-Gvern ngħidlek min, tikkonfondix. Nagħmlu l-investigazzjonijiet bis-serjetà u ngħidlek, mela le!" Wara l-bidla fil-Gvern fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jagħtu prijorità lil numru ta’ każijiet fosthom il-każ ta’ Karin Grech, iżda tul is-snin qatt ma tressaq ħadd il-qorti fuq il-każ. F'intervista li Fenech Adami ta fl-2010 huwa qal li hu kien għamel dak kollu possibbli biex il-każ ikun solvut.
 
Fl-2009, il-Mexxej Laburista [[Joseph Muscat]] qal li "l-qtil ta' Karin Grech u l-qtil ta' [[Raymond Caruana]], kienu delitti li saru minħabba intolleranza politika. Din l-intolleranza hija marda kiefra li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jibqa’ jikkumbatti. Lil hinn mill-politika partiġġjana, f'dawn id-delitti ma nxteridx demm blu jew aħmar, imma demm innoċenti." Nhar il-11 ta' April 2011, il-Partit Laburista rreaġixxa għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Sede Kostituzzjonali billi qal li din tpoġġi responsabbiltà kbira fuq il-Prim Ministru u l-Ka­binett li jmexxi wara li kienu huma li appellaw mid-deċiżjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għax ma qablux li d-delitt kien riżultat tax-xogħol li kien qed iwettaq il-Professur Grech fi żmien il-kwistjoni medikol-politika. Waqt li ddeskriva l-appell tal-Gvern bħala wieħed insensittiv u li offenda kemm lil kull min huwa ta’ rieda tajba kif ukoll lill-familja Grech, il-Partit Laburista qal li l-fatt li l-appell kien miċħud mhux biss juri kemm il-Gvern kien żbaljat meta baqa’ jirrifjuta li jaċċetta li d-delitt kien marbut max-xogħol tal-Professur Grech imma wkoll li l-Gvern “sabbat il-bieb” f’wiċċ dawk kollha li matul is-snin għamlu sforzi kbar biex iġibu l-għaqda fil-pajjiż.
 
== Sptar u Monument ==