Jum il-Ħelsien (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 52:
Warajh telgħu jqegħdu l-fjuri tagħhom il-membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti tal-[[Partit Laburista]] u tal-General Workers Union u rappreżentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il-Monument tal-Ħelsien f’korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia, Bormla. Aktar kmieni, fid-daħla ta’ bejn il-Birgu u l-Isla saret ir-regatta tradizzjonali, tlielaq tal-kenuri, opri tal-baħar u fl-aħħar għadd ta’ ''skiers'' daħlu sa quddiem il-monument bit-torċa tixgħel f’idejhom.
 
== Tifkira kull sena mill-Partit Laburista ==
 
Mill-1980 'l quddiem il-Partit Laburista dejjem fakkar din il-ġrajja b'kommemorazzjoni fuq l-Għolja tal-Ħelsien. Mill-1989 sal-1995 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern ma baqgħetx issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien il-Birgu wara xi inċidenti li kienu nqalgħu fl-1988. Mill-1996 iċ-ċerimonja uffiċjali tal-Gvern reġgħet bdiet issir fuq l-Għolja tal-Ħelsien.
 
== Il-Kwistjoni tal-Jiem Nazzjonali ==
 
Fiċ-ċerimonja kommemorattiva tal-2009 il-Mexxej Laburista [[Joseph Muscat]] tkellem dwar kif Malta tista’ jimxi ‘l quddiem jekk il-Maltin iridu li jkun hawn għaqda nazzjonali. Huwa qal li bħala ġens qatt ma stajna naslu sa hawn kieku ma kienx għall-ġrajjiet li sawruna. Qal li wasal iż-żmien li ma nkomplux nitkellmu qisu hemm xi kisbiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet klassi. Huma kollha ġrajjiet li huma katina waħda. Mit-taqbida tas-7 ta’ Ġunju 1919 fejn il-Maltin qamu biex jagħtuna x-xogħol u l-ħidma u r-rebħa u liberazzjoni tal-Ewropa fil-Gwerra fit-8 ta’ Settembru. Għall-kisba importanti tal-21 ta’ Settembru 1964 fejn Ġorġ Borg Olivier kiseb l-Indipendenza u wera li jemmen fil-ħila tal-Maltin. Mill-jum rari fit-13 ta’ Dicembru 1974 fejn il-Parlament qabel kważi unanimament li Malta għandha tkun Repubblika u li l-Kap tal-Istat għandu jkun Anthony Mamo, wild Art Twelidna. Sal-appuntament mad-destin tal-31 Marzu 1979 meta l-poplu Malti mmexxi minn Dom Mintoff wera li kiber u sar Nazzjon.
 
“Ejja nirrispettawhom kollha. Rispett mhux żebliħ. Rispett mhux tfixkil lil min irid irodd ħajr lil pajjiżna. Ir-rispett lejn il-kisbiet kollha huwa bżonnjuż biex fl-aħħar nibdew id-diskussjoni biex inżommu l-festi kollha filwaqt li naslu għal Jum Nazzjonali wieħed. Jum Nazzjonali li jgħaqqad lill-poplu Malti kollu. Dan huwa s-sens ta’ għaqda nazzjonali li ġensna qed jitlobna.