Jum il-Ħelsien (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Birgumonument.jpg|thumb|225px|Il-monument ta' Jum il-Ħelsien ġewwa l-[[Birgu]]]]
'''Jum il-Ħelsien''' hija [[festa pubblikanazzjonali]] ċċelebrata f'[[Malta]] li tfakkar il-31 ta' Marzu, 1979, ġurnata li mmarkat il-ħelsien tal-gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall-ewwel darba fl-[[Storja ta' Malta|istorja]] tagħha. Minn dakinhar 'l hawn ma kien hawn ebda bażi militari ta' xi nazzjon ieħor f'Malta, u b'hekk nistgħu ngħidu li wara eluf ta' snin bħala bażi militari u navali, il-Maltin kellhom fl-aħħar is-sovranità totali ta' arthom. Dan l-avveniment seħħ meta l-bażi militari Ingliża ngħalqet wara li r-Renju Unit irrifjuta li jħallas iċ-ċens dovut lil Malta fl-1979, u peress li l-kuntratt kien jagħlaq fl-[[1 ta' April]], il-forzi Ingliżi telqu minn Malta ġurnata qabel. Jum il-Ħelsien huwa wieħed mill-ħames Festi Nazzjonali li għandha Malta, flimkien ma' Jum l-Indipendenza, Is-Sette Giugno, Il-Vitorja u Jum ir-Repubblika.
 
== Iċ-Ċerimonja tal-Ħelsien ==
Linja 50:
Imbagħad tela’ l-Kurunell [[Muammar Gaddafi]], Mexxej tal-Ġemeħerija Libjana, li poġġa bukkett fjuri kbir f’riġlejn il-monument, li kien milqugħ b’ċapċip kbir mill-folol preżenti.
 
Warajh telgħu jqegħdu l-fjuri tagħhom il-membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti tal-[[Partit Laburista]] u tal-General Workers Union u rappreżentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il-Monument tal-Ħelsien f’korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia, Bor¬mlaBormla. Aktar kmieni, fid-daħla ta’ bejn il-Birgu u l-Isla saret ir-regatta tradizzjonali, tlielaq tal-kenuri, opri tal-baħar u fl-aħħar għadd ta’ ''skiers'' daħlu sa quddiem il-monument bit-torċa tixgħel f’idejhom.