Karmenu Vassallo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Għall-kontroll
No edit summary
Linja 1:
{{għall-kontroll|Kontenut ikkupjat minn fuq http://www.siggiewi.org/news_events/07/01/070128n-a/}} '''Karmenu Vassallo''' ([[Siġġiewi]], [[18 ta' Marzu]] [[1913]] – [[7 ta' April]] [[1987]]) kien [[poeta]] u [[ġurnalist]].
 
== Tfulija ==
 
Bin Mikelanġ u Ġużeppina mwielda Micallef, Karmenu Vassallo twieled is-[[Siġġiewi]] nhar it-18 ta' Marzu 1913. ĦaFil-ktieb tiegħu ''Għażiż Karmenu'' (1982) huwa jgħid li ma kienx hemm ilma imbierek fil-fonti tal-knisja biex jitgħammed billi kien fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-[[Kulleġġ San Alwiġi]] u fil-Kunvent ta' San Mark, ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]] fejn studja l-letteraturaLetteratura Latina u Taljana, il-[[filosofija]] u beda t-[[teoloġija]]. BejnKellu xewqa li jsir missjunarju u bejn l-19281932 u l-1935 kien novizz tastal-MSSP, is-SocjetàSoċjetà Missjunarja ta' San Pawl.
 
== Ġurnalist, għalliem u suldat ==
 
Vassallo kien ġurnalistaġurnalist ma' ''Leħen is-Sewwa'' (1935–37) li tagħha kien jagħmel ukoll il-qari tal-provi u jieħu ħsieb il-paġna letterarja. Wara, kien fl-istaff editorjali ta' ''Il-Berqa'' u editur tal-paġna letterarja tagħha. Bejn l-1939 u l-1941 huwa kien jgħallem il-[[Lingwa Maltija|Malti]], it-[[Lingwa Taljana|Taljan]], l-[[Storja ta' Malta|istorja ta' Malta]] u l-[[ġeografija]] fil-Kulleġġ San Alwiġi.
 
Fl-1941 huwa nqabad bil-lieva u serva mar-riġment tal-K.O.M.R. fejn baqa' sal-1944. Ingħata l-medalji "1939-45 Star", "Africa Star" u" War Medal 1939-45" għas-servizz tiegħu.
Line 12 ⟶ 14:
 
== Poeta u l-ħidma b'risq l-ilsien Malti==
 
Vassallo sar membru tal-[[Akkademja tal-Malti]] fl-1937 u sar membru tal-Kunsill tagħha fl-1944. Kien ukoll segretarju tas-Soċjetà tal-Awturi Maltin (1950–57) u membru tar-"Rediffusion Drama Advisory Panel" (1960–61).
 
Vassallo kiteb xogħlijiet bil-Malti, bit-Taljan u l-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]. Poeżiji tiegħu bil-Malti nqalbu bil-Franċiż minn [[Laurent Ropa]], bit-Taljan minn Dr. Vincenzo Maria Pellegrini u Dr Giovanni Curmi u bl-Ingliż mill-Professur [[Arthur John Arberry|A. J. Arberry]]. Rebaħ ħafna premijiet f'konkorsi letterarji fil-qasam tal-poezija Maltijapoeżija. Fl-1972 Vassallo ngħata l-midalja tad-deheb ''Ġużė Muscat Azzopardi''. Hu hu wkoll magħruf bħala ''il-Poeta tan-Nirien''.<ref>{{ċita webIl-poeżija |url=http://www.sanfrangisk.com/15Kultura%20u%20Art/kul11tiegħu b'influwenza tal-K.Vassallo.htmpoeta |titlu=Taljan KarmenuLeopardi Vassallotesprimi t-tbatija F'Riġlejntal-bniedem, ilid-Madonnadwejjaq tasu rabja tal-Saħħaħajja (1913u r-1987)ribelljoni |editur=sanfrangisktaż-żgħożija.com |data=08Fil-09-2003}}</ref>poeżiji ta' Vassallo wieħed isib spiritwalità profonda u prinċipji filosofiċi Insara.
 
[[Ġużè Chetcuti]] jgħid li Karmenu Vassallo kien bniedem b'qalb kbira u "nibqgħu ghal dejjem nafuh b'ruħ u qalb għal kollox miġbura fil-poeżija li kiteb; il-poeżija hija l-mera ta' ħajtu, ix-xbiha ta' qalbu".
 
[[Alfred Sant]] jgħid li "Bħal ħafna oħrajn tal-ġenerazzjoni tiegħu, missieri kien ammiratur kbir ta’ Vassallo. Ġieli kien ukoll jarah bħala kittieb “terribbli” għax jesprimi dwejjaq u rabja bil-ħajja li huma parti mill-irvell taż-żgħożija. Imma f’Vassallo din l-espressjoni nnifisha ġieli kienet tinħass bħala tentazzjoni lejn dwejjaq u rabja li lesti jaqbżu kull limitu. Karmenu Vassallo stess kien ta’ spiss jinġibed lura minn dak li hu jidher li qed ifisser. Malajr malajr, kien jidħol fi djalogu mqit mat-twemmin Kattoliku tiegħu biex jaqta’ ras id-dubju. It-tentazzjoni f’Vassallo għar-rifjut tal-konvenzjoni u d-drawwa kienet tiġbed lejn il-kitba tiegħu, b’ċertu seħer, liż-żgħażagħ tas-snin tletin u erbgħin li kienu jħossu li l-kitba ta’ Vassallo, Ġorġ Pisani u Ġuże` Ellul Mercer kienet qed tgħidilhom affarijiet ġodda dwar ħajjithom ta’ dak iż-żmien... Jispikka fih is-sentiment tal-poeta favur qafas fejn il-ħajja tikseb tifsira aktar profonda. Il-bniedem mhuwiex destinat biss biex jitwieled, jiekol u jorqod, jgħix u jmut. Hemm xi ħaġa aqwa wara l-eżistenza tiegħu. Din hi tema li Karmenu Vassallo baqa’ dejjem itambar fuqha, u jekk mhux dejjem irnexxielu juri fiduċja fit-teżi li iva, hemm tifsira aqwa għall-ħajja, ma kinitx xi ħaġa din li tatu pjaċir tul ħajtu. Iħossu bħalu imma, kien hemm għadd kbir ta’ żgħażagħ…"
 
Fost il-kotba tiegħu nsibu:
Line 26 ⟶ 33:
* Tnemnim (1970)
* Bejn Qċaċet u Qigħan (1974)
* Għażiż Karmenu (1982)
 
Bejn l-1950 u l-1956 ittraduċaqaleb għall-Malti ''Tale of Two Cities'' (Ġrajja ta' Żewġt Ibliet) ta' Charles Dickens, ''Confessions'' (Stqarrijiet) ta' Santu Wistin u ''Bufera'' (Riefnu) ta' Giovanni Curmi. ''Ġrajja ta' Żewġt Ibliet'' kien intlaqa' tajjeb ħafna u kien inqara fuq ir-Rediffusion.
 
Fl-1981 Vassallo bagħat lil Ġużè Cassar Pullicino 11-il poeżija bit-Taljan u tliet għanjiet bl-Ingliż - ''Adieu'' (1943), ''Victory'' (1944) meta t-Tieni Gwerra Dinjija kienet fl-epilogu tagħha, u ''Alone'' (1945) li kienet immużikata minn Joseph Abela Scolaro u ppubblikata fl-1957.
 
== Politika ==
 
Vassallo kien ġie elett fil-Kunsill tal-Gvern f'isem il-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] u serva bejn Novembru tal-1945 u Settembru tal-1946. Kien president distrettwali tal-Partit Laburista (1945–47). Wara li Vassallo rtira mis-servizz fl-1968, ikkontesta bla suċċess l-elezzjonijiet ġenerali tal-1971, f'isem il-Partit Laburista. Vassallo kien ukoll membru tal-Bord taċ-Ċensuri, tal-Bord Industrijali u tal-Bord tal-Pubblikazzjonijiet.
 
Fuq il-kontribut politiku ta' Vassallo, [[Alfred Sant]] fl-1999 stqarr hekk: "Xi wħud preżenti hawn illejla forsi se jistagħġbu li m’inix nirreferi daqstant għall-kontribut politiku li ta Karmenu Vassallo, għall-impenn tiegħu favur Laburiżmu moderat u favur il-ġustiżżja soċjali. Kien hemm per eżempju l-elezzjoni tal-1971, fejn jintqal li kieku Vassallo ma ħariġx kandidat għall-Partit Laburista fis-Siġġiewi, kienu jintilfu l-voti. Effettivament, minħabba l-kandidatura ta’ Karmenu Vassallo, il-Partit Laburista seta’ jirkupra biżżejjed voti biex jirbaħ siġġu essenzjali għalih u b’hekk jifforma gvern. Minkejja dan kollu, apparti mill-fatt li ma naħsibx li Vassallo kien iqis il-politika bhala xi ħidma ewlenija għal ħajtu, għalija t-tifkiriet il-kbar li għandi huma tiegħu bhala kittieb. Hekk nippreferi nibqa’ naħseb dwaru … għax nemmen ukoll li fil-kitbiet tiegħu, Vassallo ta xhieda mhux biss tal-konflitti spiritwali li ġarrab, imma aktar minn hekk, ta xhieda tat-twemmin politiku tiegħu, mingħajr ma ndaħal fil-partiġġjaniżmu jew f’referenżi politiċi kontemporanji li mas-snin jitilfu t-tifsira tagħhom."
 
== Familja u l-mewt ==
 
F'Ġunju 1939 Vassallo iżżewweg lil Marija Vassallo u kellhom sebat ulied: Rożanna, Herman-Baruch, Oliver Paul, Toninu, Nicholas, Jane u Joe Silverius. Kellu mħabba kbira lejn is-Siġġiewi raħal twelidu u kien fost il-fundaturi tal-klabb tal-futbol tal-lokal fl-1945 li tiegħu kien president fl-ewwel tmien sena. Hu miet nhar is-7 ta' April 1987.
 
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.alfredsant.org/pages/dassingle.asp?id=179 Diskors ta' Alfred Sant fuq Karmenu Vassallo fiċ-Ċentru Laburista tas-Siġġiewi fl-1999]
* [http://www.timesofmalta.com/articles/view/20050407/local/tribute-to-karmenu-vassallo Artiklu ta' Richard Matrenza fuq Karmenu Vassallo tal-2005]
 
 
{{DEFAULTSORT:Vassallo, Karmenu}}