Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
Maurits Cornelis, jew "Mauk" kif kien imlaqqam,<ref>"Semmejnih Maurits Cornelis għaz-ziju maħbub ta' S [Sara] , Van Hall, u konna nsejħulu 'Mauk' fil-qosor ....", Djarju ta' missier Escher iċċitat f’ ''M. C. Escher: His Life and Complete Graphic Work'', Abradale Press, 1981, p. 9.</ref> twieled [[Leeuwarden]], il-[[Olanda|Pajjiżi Baxxi]]. Kien l-iżgħar tifel ta' inġinier idrawliku George Arnold Escher u t-tieni mara tiegħu, Sara Gleichman. Kien tifel marradi, u meta kellu seba’ snin beda jmur skola speċjali u weħel l-eżami tat-tieni sena.<ref name="sundial">Barbara E, PhD. Bryden. Sundial: ''Theoretical Relationships Between Psychological Type, Talent, And Disease'', Gainesville, Fla: Center for Applications of Psychological Type. ISBN 0-935652-46-9.</ref> Fl-1903, il-familja marret togħqod [[Arnhem]] fejn kien jitgħallem is-sengħa ta' mastrudaxxa u jdoqq il-pjanu sakemm kellu tlettax-il sena.
 
Mill-1903 sal-1918 kien jattendi l-iskola primarja u sekondarja. Minkejja li bbrilla fid-disinn, il-marki tiegħu fis-suġġetti l-oħra kienu s-soltu baxxi. Fl-1919, Escher daħal fl-iSkola tal-Arkitettura u Arti Dekorattiva ta' Haarlem. Għal xi żmien studja l-[[arkitettura]], imma weħel f'xi suġġetti (daqsxejn minħabba infezzjoni persistenti fil-ġilda) u qaleb għall-Arti Dekorattiva.<ref name="sundial"/> Hawn studja taħt Samuel Jessurun de Mesquita, li baqa' ħabib miegħu għal ħafna snin. Fl-1922 Escher ħalla l-iskola, wara li kien kiseb esperjenza fid-disindisinn u s-sengħa tal-inċiżjoni fl-injam.
 
Fl-1922, li kienet sena importanti f'ħajtu, Escher ivvjaġġa mal-[[Italja]] ([[Firenze]], [[San Gimignano]], [[Volterra]], [[Siena]]) u ma' [[Spanja]] ([[Madrid]], [[Toledo, Spain|Toledo]], [[Granada]]). Il-kampanja Taljana u l-[[Alhambra]], kastell Moresk tas-seklu erbatax f’Granada, Spanja, impressjonawh ħafna. Sal-1935, Escher, flimkien ma' sħabu, artisti, oħra, kien jitlaq kull Rebbiegħa għal vjaġġ ta' xahrejn fl-muntanji ta' Abruzzi, l-Campania, [[Sqallija]], Corsica u [[Malta]]<ref>Escher pinġa veduta tal-[[Isla]], Malta, li użaha aktar tard f'inċiżjoni oħra, "Gallerija tal-istampi", fl-1956. F' "Il-kaskata” tal-1961 fir-rokna ta' isfel tal-lemin, tidher mara tonxor il-ħwejjeġ fuq il-bejt li tidher li hi meħuda minn xi impressjoni ta' Malta</ref> minn fejn kien jiġbor l-impressjonijiet u jagħmel disinji. L-Italja ltaqa’ ma' Jetta Umiker, u żżewiġha fl-1924. Il-koppja żagħżugħa marret togħqod [[Ruma]] u baqgħu hemm sal-1935, meta ma setgħux jissaportu iżjed il-klima politika taħt [[Benito Mussolini|Mussolini]]. Binhom, Giorgio Arnaldo Escher, imsemmi għal missieru twieled Ruma. Il-familja imbagħad marru joqgħodu [[Château-d'Œx]], l-i[[Żvizzera]] fejn qagħdu sentejn.
Linja 30:
Wara l-vjaġġ tiegħu 'l-[[Alhambra]], Escher ipprova jagħmel xogħol isbaħ minn tal-Għarab bl-użu ta' gradilji ġeometriċi bħala l-bażi għad-disinji tiegħu, li mbagħad firex fuqhom disinji oħra, l-iżjed annimali bħal għasafar u ljuni.
 
L-ewwel studju tiegħu tal-matematika, li wara wassal biex jinkorporaha fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu, beda bl-artiklu akkademiku ta' [[George Pólya]] fuq il-[[gruppi tas-simmetrija]] fil-pjan li bagħtlu ħuh Berend. Dan l-artiklu spirah biex jitgħallem il-kunċett tas-17-il [[grupp tat-tapazzerija]] (il-gruppi tas-simmetrija fil-pjan). Bl-użu ta' dan il-kunċett matematiku, Escher ħoloq tessellaturi perjodiċi b' 43 disindisinn kulurit b'tipi differenti ta' simmetrija. Minn dan il-punt żviluppa metodu matematiku għall-espressjoni tas-simmetrija fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Mill-1937, ħoloq bosta [[inċiżjonijiet fl-injam]] bl-użu tal-kunċett tas-17-il grupp tas-simmetrija fil-pjan.
 
[[Stampa:Escher Circle Limit III.jpg|thumb|right|250px|''Limitu taċ-ċirku III'', 1959]]
Linja 38:
Madwar 1956, Escher esplora l-kunċett tar-rappreżentazzjoni tal-infinità fil-pjan bidimensjonali. Xi diskussjonijiet mal-matematiku Kanadiż HSM Coxeter ispiraw lil Escher b'interess fit-tessellaturi iperboliċi, li huma kisjiet regolari tal-pjan iperboliku bil-madum. Ix-xogħlijiet ta' Escher ''Limitu taċ-ċirku I-IV'' juru dan il-kunċett. Fl-1995, Coxeter ivverifika li Escher kiseb perfezzjoni matematika fl-inċiżjonijiet tiegħu f'artikl li ppubblika. Coxeter kiteb, "Escher ġabha assolutament eżatta sal-aħhar millimetru."
 
Ix-xogħlijiet tiegħu għamluh famuż: fl-1955 inħatar Kavalier tal-Ordni ta' Orange-Nassau. Min dak iż-żmien 'l hemm kellu regolarment kummissjonijiet ta' disindisinn minn dinjitarji minn madwar id-dinja. Fl-1985 l-[[Asterojde]], "4444 Escher", issemmiet għalih.
 
Fl-1958, ippubblika artiklu imsejjaħ ''Diviżjoni Regolari tal-Pjan'', li fih iddeskriva l-akkumulazzjoni sistematika ta' disinji matematiċi fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Huwa saħaq li "l-matematiċi fetħu l-bieb li jwassal għal qasam vast."
Linja 47:
Escher studja wkoll il-kunċetti matematiċi tat-[[topoloġija]]. Mill-matematiku Brittaniku Roger Penrose tgħallem kunċetti oħra fil-matematika. Minn dan l-għarfien ħoloq "Il-kaskata"' u ''Telgħin u Niżlin'', li nsibu fihom prospettivi irregolari simili għall-kunċett tal-istrixxa ta' Möbius.
 
Fl-1937 Escher stampa ''Metamorfożi I'', li kienet il-bidu ta' sensiela ta' disinji li jirrakontaw storja permezz tal-istampi. Dawn ix-xogħlijiet urew fl-aqwa tagħha il-ħila ta' Escher biex jinkorpora l-matematika fl-arti. F'''Metamorfożi I'', ittrasforma poligoni konvessi f'disindisinn regolari fil-pjan biex jifformaw għamla ta' bniedem. Dan l-effett jisimbolizza l-bidla fl-interess tiegħu mill-veduti u n-natura għall-diviżjoni regolari tal-pjan.
 
Wieħed mill-aktar xogħlijiet notevoli tiegħu huwa l-opra ''Metamorfożi III'', li hija wiesgħa biżżejjed biex tgħatti l-ħitan ta' kamra, u mbagħad terġa' lura fuq innifsha.