Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 31:
 
=== L-annullament taż-żwieġ ===
Alessandru talab liz-ziju ta' Giovanni, il-[[Ascanio Maria Visconti Sforza|Kardinal Ascanio Sforza]], biex jipperswadujipperswadi lil Giovanni li jċedi d-[[divorzju]]. Madankollu, id-divorzju kien għajb intollerabbli u Giovanni rrifjuta.
Il-Papa, li ried bilfors is-separazzjoni, akkuża lil Giovanni bl-[[impotenza]], billi ż-żwieġ ma kienx meqjus validu jekk ma kienx jista' jiġi konsumat u hekk iwassal għall-ulied. Għalhekk beda proċess għall-annullament.
 
Giovanni imbagħad akkuża lil Borgia b'inċest ma' bintu, iżda mhux pubblikament imma permezz ta' kuġinuh [[Ludovico il Moro]], li minn għandu mar jitlob parir. Ludovico waqqa' l-insinwazzjoni biex jevita l-inkwiet u pproponha lil kuġinuh li juri li kellu ħila jikkonsuma ż-żwieġ billi jagħti prova quddiem ix-xhieda (b'tgħammir sesswali ma' martu jew nisa oħra quddiem xhieda aċċettati miż-żewġ partijiet) imma Giovanni kien kontra għal kollox.
Fi ftit xhur, kemm Ludovico il Moro kif ukoll il-Kardinal Ascanio Sforza qatgħuwaqqfu kull appoġġ lid-Duka ta' Pesaro, il-Papa beda jirrabja għadfuq id-dewmien fl-iffirmar tad-divorzju u huma fl-aħħar mill-aħħar ma kienux beħsiebhom jagħmlu għadu minnu.
 
Il-Papa ddikjara ż-żwieġ null billi skontu dan ma kienx konsumat, u offra lil Giovanni d-dota kollha ta' Lucrezia jekk jagħti l-kunsens tiegħu (flimkien ma' dikjarazzjoni ta' impotenza). Il-familja Sforza reġgħet ma kinitx se tagħti protezzjoni lil Giovanni kieku kellu jirrifjuta l-offerta tal-Papa. Giovanni Sforza ma setgħax jagħmel ieħor u
ffirma quddiem ix-xhieda kemm l-istqarrija tal-impotenza kif ukoll id-dokument ta' nullità.
 
Minkejja li l-insinwazzjoni dwar ir-relazzjonijiet inċestwużi fil-familja Borgia malajr waqgħet, dawk li riedu jmaqdru lill-Papa għamlu minn kollox biex jagħtuha importanza flfiċ-aktar ċrieki l-aktar prestiġjużi.
 
=== L-affari ta' Perotto===