Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 18:
Lucrezia Borgia twieldet Subiaco, issa [[provinċja ta' Ruma]], fit-18 ta' April, 1480. Missierha kien il-kardinal Spanjol Rodrigo Borgia, <ref> Il-familja Borgia (bil-[[lingwa Valenzjana|Valenzjan]] "Borja", u bil-[[Kastilja|Kastiljan]] "Borgia" jew "Borja") għalkemm kellha antenati mill-bogħod [[Renju ta' Aragona|Aragoniżi]] (ta' [[Borja]] fl-Aragona tal-Punent ċentrali), kienet tqis ruħha li hi mnissla mir-[[Renju ta' Valenzja]], li dak iż-żmien kien integrat mal-[[Kuruna ta' Aragona]]. Il-Papiet [[Alessandru VI]] u [[Kallistu III]], rispettivament missier u ziju ta' Lucretia, fil-fatt it-tnejn twieldu [[Xàtiva]], il-fewdu l-aktar importanti tal-familja, li jinsab fiż-żona tar-Renju ta' Valenzja fejn jitkellmu bil-Katalan.</ref> Arċisqof ta' Valenzja, li fl-1492 ġie elett [[Papa]] tal-[[Knisja Kattolika]] bl-isem ta' [[Alessandru VI]]. Ommha [[Vannozza Cattanei]], kontessa ta' [[Casa Candia]], il-maħbuba ta' Rodrigo għal ħmistax-il sena, kienet ta' nissel [[Mantova|Mantovan]].
 
It-tliet ħutha kienu subien, [[Cesare Borgia|Cesare]], [[Giovanni Borgia|Giovanni]] u [[Goffredo Borgia|Goffredo]]. Lucrezia trabbiet fil-qorti pontifiċju f'perjodu li fih il-figura tal-[[Papa]] kienet tixbaħ ħafna iżjed lil dik ta' kap temporali milli ta' mexxej spiritwali. L-edukazzjoni ta' Lucretia kienet fdata f'idejn kuġinitha Adriana Mila Orsini u mart binha [[Giulia Farnese]]. Iż-żewġ nisa kienu joqgħodu ma' Lucretia fil-bini li jmiss mal-Vatikan, f'kuntatt mill-qrib mal-[[Papa Alessandru VI]]. Fl-età ta ħdax-il sena, kienet diġà ġiet mwegħda darbtejn għaż-żwieġ: fis-26 ta' Frar, 1491, in-nutar tal-familja Borgia, Camillo Beneimbene, fassal l-ewwel kuntratt taż-żwieġ ma' Don Cherubino Juan de Centelles sinjur ta' Val d'Ayora fir-renu ta' Valenzja. Il-kuntratt stipula dota ta' 30,000 ''"timbres"'' (valuri) maqsumin parti fi flus u parti f'ornamenti u ġojjelli mogħtija lill-għarusa mill-familja Borgia. Xahrejn wara però missierha [[Rodrigo Borgia]] ftiehem patti ġodda taż-żwieġ ma' Gaspare d'Aversa, konti ta' Procida ta' familja Valenzjana, imma mbagħad xolja ż-żewġ għerusijiet.
 
===Iż-żwieġ ma' Giovanni Sforza ===