Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 67:
 
Minn Alfonso, Lucrezia kellha sitt ulied, Alessandro d'Este (1505), Ercole II d'Este (1508-1559), Duka ta' Ferrara, Ippolito II d'Este (1509 -1572) kardinal, Eleonora d'Este (1515-1575), Francesco d'Este (1516-1578) u Isabella Maria d'Este (1519-1521). Lucrezia kienet tgħaddi ħafna ħin ma' wlieda. Kienet tlibbishom b'mod sempliċi kif jixraq il-qagħda tagħhom għax, kif qalet hi, riedet "tarahom jinfaqgħu bid-daħk, jintfgħu b'ruħhom u ġisimhom jieħdu gost mingħajr l-ebda tip ta' xkiel, jintilfu fuq il-logħob kollu adattat għall-età tagħhom."<ref> Chastenet, ''Lucrezia Borgia. La perfida innocente'', p. 315</ref>
 
Fil-Qorti ta' Este Lucrezia irpiljat mill-akkużi li spiss kien ikun hemm kontriha fl-imgħoddi, għamlet ruħha apprezzata permezz tal-patrunaġġ tal-arti u għexet ħajja x’aktarx modesta, allavolja fl-ewwel snin kellha mill-inqas żewġ maħbubin: il-futur kardinal [[Pietro Bembo]] u [[Francesco II Gonzaga]], ħu r-raġel. Bembo iddedikalha ''[[Gli Asolani]]'', fejn faħħar is-sbuħija u l-virtù tagħha tagħha, filwaqt li [Ludovico Ariosto|Ariosto]] faħħar il-virtù fi stanza ta<nowiki>'</ nowiki >''[[Orlando Furioso]]'' u fis-''[[Satiri (Ariosto)|Satiri]]''.
 
Fl-aħħar snin ta' ħajjitha kellha kriżi reliġjuża profonda u saret terzjarja Frangiskana, tiitqarben kull filgħodu u tgħaddi sigħat twal fit-talb matul il-jum.
{{Iċċita|Jekk għal ċertu żmien għexet ta' midinba, żgur li mietet ta' qaddisa<ref>-Montanelli-Gervase, ''Storia d'Italia.Vol. 2 (1250-1600 )'' ippubblikat minn ''Il Corriere della Sera'', p. 346</ref>|Indro Montanelli}}
 
==Referenzi==