Fede Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.1) (robot Adding: it:Fede Galizia
Linja 4:
[[Stampa:Judith with the head of Holofernes.jpg|thumb|right|200px|''Ġuditta bir-ras ta' Oloferne'' (1596). Il-figura ta' Ġuditta hi x'aktarx awtoritratt.]] Fede Gallizi, iżjed magħrufa bħala '''Galizia''', twieldet [[Milan]] fl-1578. Missierha, [[Nunzio Galizia]], li kien pittur tal-minjaturi kien ġie Milan minn [[Trento]]. Fede (li isimha jfisser "fidi") tgħallmet tpinġi mingħandu. Meta kellha tnax-il sena kienet diġà tajba biż-żejjed bħala artista biex tissemma minn [[Gian Paolo Lomazzo]], pittur u teoriku tal-arti, ħabib ta' missierha, li kiteb, "(Din it-tifla) tiddedika ruħha għall-imitazzjoni tal-aħjar tal-arti tagħna."<ref>Gian Paolo Lomazzo, ''Idea del tempio della pittura'', Milan 1590, p. 163, "dandosi all'imitation de i più eccellenti dell'arte nostra."</ref>
 
Fede kienet stabbilita kmieni bħala ritrattista u kellha ħafna ordnijiet għar-ritratti. Forsi kienet l-influwenza ta' missierha li ħajjar 'l Fede li tieħu ħsieb ħafna d-dettalji fir-ritratti tagħha. Minħabba kif kienet toħroġ il-ġojjelli u l-ilbies saret imfittxa bħala ritrattista. Kellha sikwit ukoll ordnijiet għal suġgettisuġġetti reliġjużi u sekulari. Bosta mill-pitturi tagħha ibbażati fuq l-istorja ta' Ġuditta u Oloferne, suġgett popolari fl-arti ta' dak iż-żmien għadhom jeżistu f'kollezzjonijiet privati. Forsi l-ewwel waħda kienet ''Ġuditta bir-ras ta' Oloferne'' li pinġiet fl-1596 u li issa qegħda Sarasota Florida fir-'' Ringling Museum of Art''. Pinġiet ukoll xi minjaturi u titulari għal xi kunventi.
 
L-istil tagħha tar-ritratti, li juża approċċ realistiku qawwi, ġej mit-tradizzjoni naturalistika tar-[[Rinaxximent]] fl-Italja. Is-sengħa artistika ta' Fede fid-disinn u l-pittura jidhru ċari fir-''Ritratt ta' Paolo Morigia'', Ġiżwita studjuż, li kien wieħed mill-ewwel li taha appoġġ. Morigia, li kien ukoll kittieb u storiku, kien jogħġbu ħafna x-xogħol ta' Fede u f’dan ir-ritratt, li għamlet fl-1596, pinġietu jikteb poeżija fuq il-pittura li kienet qegħda tpinġi. Kisbet bosta ordnijiet publiċi għal titulari fil-knejjes ta' Milan; fost dawn kien hemm ''Noli me tangere'' (1616; Milan, S Stefano) li pinġiet għall-artal tal-knisja ta' Santa Marija Maddalena.