Kompjuter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 88:
 
===Memorja===
 
{{Artiklu Prinċipali|Memorja (Kompjuters)}}
 
[[image:RAM_module_SDRAM_1GiB.jpg|thumb|Ċippa ta' 1GB memorja SDRAM]]
 
Meta ngħidu '''memorja''' ta' kompjuter ħafna drabi nkunu qegħdin nirreferu għal dik il-parti fil-kompjuter (f'kompjuter moderni hi ċippa) li żżomm informazzjoni. Hi tinqasam fi tnejn:
*[[ROM]] (bl-Ingliż ''Read Only Memory'') jew
*[[RAM]] (bl-Ingliż ''Random Access Memory'').
 
Mhux faċli li tinkiteb informazzjoni fir-ROM u għaldaqshekk ħafna drabi l-iskop prinċipali ta' ROM hi li żżomm il-[[firmwer]], informazzjoni jew [[softwer]] speċjali għal kompjuter relatata mal-[[hardwer]].
 
Il-memorja RAM hi speċjali għax il-kompjuter jista' jaċċessa informazzjoni fi kwalunkwe post fiha mingħajr ma jrid jibda mill-ewwel parti (jiġifieri mhux seqwenzjali). Ħafna drabi f' din it-tip ta' memorja tista' wkoll tikteb faċilment u allura hi dik il-memorja wżata biex tintuża waqt li kompjuter qiegħed jaħdem biex iżomm l-informazzjoni li l-programmi jkollhom bżonn dak il-mument.
 
===Periferali===