Talpa marsupjal: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
mNo edit summary
Linja 1:
{{Taxobox
| color = pink
| name = Talpi Marsupjali
| fossil_range = Tard fl-[[Eocene]] - Reċenti
| regnum = [[Animalia]]
| image = Marsupial mole Notoryctes typhlops.jpg
| image_caption = [[Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar]] jew [[Itjaritjari]] ''[[Notoryctes typhlops]]''
| image_width = 225px
| phylum = [[Chordata]]
| classis = [[Mammalia]]
| infraclassis = [[Metatheria]]
| superordo = [[Australidelphia]]
| ordo = [[Notoryctemorphia]]
| ordo_authority = [[Kirsch]], in [[Hunsaker]], 1977
| familia = [[Notoryctidae]]
| familia_authority = [[Ogilby]], 1892
| genus = [[Notoryctes]]
| genus_authority = [[Stirling]], 1891
| subdivision_ranks = Speċi
| subdivision =
*''[[Notoryctes typhlops]]''
*''[[Notoryctes caurinus]]''
}}
[[image:Distribuzjoni ta' l-ordni Notoryctemorphia.PNG|275px|left|thumb|Distribuzjoni tat-[[talpi marsupjali]]]]
It-[[talpi marsupjali]] kif jgħid isimhom huma [[mammiferi]] [[marsupjali]], pjuttost rari, ta' daqs żgħir, mifruxa mad-deżerti fil-Punent ta' l-[[Awstralja]].
 
It-talpi marsupjali jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom iħaffru taħt l-art u jitilgħu biss fil-wiċċ okkażjonalment, probabilment wara x-xita.
 
==Deskrizjoni==
 
It-talpi marsupjali huma għomja, minn għajnejhom baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.
 
It-talpi marsupjali għandhom ġisimhom f'forma ċilindrika (tubu), rashom forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2cm li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. It-tul ta' dawn l-annimali hu ta' bejn 12cm u 16cm u jiżnu bejn 40 u 60 gramma. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.
 
==Riproduzjoni==
 
Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u fih jilqa' minn 1 sa massimu ta' 2 embrjuni kull darba.
 
==Evoluzjoni==
 
It-talpi marsupjali jipprovdu eżempju ċar ta' evoluzjoni konverġenti mat-[[talpi]] plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-[[talpi tad-deheb]] ta' l-[[Afrika]]. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzjoni.
 
Għal ħafna snin il-klassifikazjoni tagħhom fil-grupp tal-marsupjali kienet suġġett ta' dibattitu jaħraq. In-nuqqas ta' fossili ma kien xejn ta' għajnuna għal dan il-misteru u fuq il-bażi li t-talpi marsupjali kellhom ftit karatteristiċi komuni ma' kważi kull marsupjal ieħor, eventwalment ġew kompletament separati u klassifikati għalihom fl-ordni [[Notoryctemorphia]].
 
Studji molekulari kmieni fis-snin 80 urew li t-talpi marsupjali ma huma relatati fil-qrib ma' l-ebda marsupjal estant (ħaj) llum u deher ukoll li huma kienu qabdu minn kmieni triq separata għalihom fl-evoluzjoni, minn dik tal-bqija tal-marsupjali l-oħra minn ta' lanqas 50 miljun sena ilu. Madankollu morfoloġikament hemm ħjiel li jista jkun li t-talpi marsupjali huma relatati fil-bogħod mal-[[bandikuti]].
 
Fl-1985, fis-sejba kbira ta' depositi vasti ta' fossili f'[[Riversleigh]] fit-Tramuntana ta' [[Queensland]] instab fossilu ta' bejn 15 u 20 miljun sena ''[[Yalkaparidon coheni]]'' bil-[[molari]] bħal ta' talpa marsupjal, inċisivi qishom tad-[[diprotodonti]] u l-bażi tar-ras ta' skeletru simili ħafna ta' dik tal-bandikuti. Dawn il-fattizzi ma kienu bl-ebda mod identiċi bħal ta' l-ispeċi ħajjin, imma kien ċar li huma relatati jekk mhux saħansitra l-antenat dirett. Fiha nfisha, is-sejba ta' talpa marsupjal tal-[[Micene]] ma kinitx misteru kbir, għax bħall-forom moderni kienet diġa mgħammra b'xi adattazzjonijiet għall-ħajja taħt l-art fir-ramel tad-deżert, speċjalment l-idejn b'saħħithom ta' quddiem f'forma ta' pala. Minkejja dankollu, l-ambjent ta' madwar id-depositi fossili ta' Riversleigh dak iż-żmien xejn ma kien qisu dak ta' deżert, infatti fil-[[Miocene]] hemm kien foresta tax-xita tropikali.
 
Suġġeriment minnhom kien li t-talpa marsupjal ''[[Yalkaparidon coheni]]'' kienet tuża dawk l-idejn biex tgħum, biss il-biċċa l-kbira jaħsbu li dawn kienu speċjalizzazjoni biex tħaffer qalb strat għoli ta' ''moss'', għeruq u weraq fuq wiċċ l-art tal-foresta tax-xita tropikali, u b'hekk, meta il-kontinent Awstraljan qabad bil-mod il-mod it-triq twila lejn id-deżertifikazjoni, it-talpi marsupjali kienu diġa mgħammra bl-għodda bażiċi li llum il-ġurnata jużaw biex iħaffru qalb ir-ramel tad-deżert fil-Punent ta' l-Awstralja.
 
== Klassifikazjoni ==
 
It-talpi marsupjali darba kienu klassifikati fl-ordni [[Monotremata]], illum il-ġurnata huwa magħruf li huma marsupjali u għaldaqstant ġew klassifikati f'ordni għalihom, in-Notoryctemorphia. Huwa maħsub ukoll li hemm 2 speċi ta' talpi marsupjali dik tat-Tramuntana u dik ta' Nofs in-nhar. Dawn tant huma simili ta' xulxin li huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibli biex wieħed jagħraf fuq il-post liema speċi tkun. Il-linja anċestrali ta' dawn it-talpi marsupjali tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum.
 
*[[Ordni]] [[Notoryctemorphia]]
**[[Familja]] [[Notoryctidae]]
***[[Ġeneru]] ''[[Notoryctes]]''
****[[Talpa marsupjal tat-Tramuntana]] jew [[Kakarratul]] ''[[Notoryctes caurinus]]
****[[Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar]] jew [[Itjaritjari]] ''[[Notoryctes typhlops]]
 
==Referenzi==
* [http://www.zoology.uwa.edu.au/staff/pwithers/marsupialmole/Default.htm University of Western Australia marsupial mole home page]
* [http://www.earthwatch.org/expeditions/benshemesh.html Research mission to discover conservation requirements] (includes photo)
* [http://www.nature.com/news/2004/041108/full/432142a.html ''Nature'' news story] (includes photo)
* [http://www.ausemade.com.au/fauna-flora/fauna/mole/marsupial-mole.htm AusEmade: Marsupial Mole Information ]
* Archer, Hand & Godthelp, ''Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site'', Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2
*Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22.
 
==Links Esterni==
*ARKive - [http://www.arkive.org/species/GES/mammals/Notoryctes_typhlops/ images and movies of the marsupial mole ''(Notoryctes typhlops)'']
 
 
[[Category:Notoryctemorphia]]
 
[[cs:Vakokrtovití]]
[[es:Notoryctidae]]
[[fa:موش کور کیسه‌دار]]
[[fr:Notoryctidae]]
[[lt:Sterbliniai kurmiai]]
[[nl:Buidelmollen]]
[[no:Pungmuldvarp]]
[[pl:Krety workowate]]
[[pt:Notoryctemorphia]]
[[ro:Notoryctidae]]
[[ru:Сумчатые кроты]]
[[fi:Pussimaamyyrät]]