Kompjuter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 17:
 
Fis-snin [[1930]] u [[1940]] inbnew kompjuters iktar bsaħħithom u flessibli, li mil-mod introduċew funzjonijiet ġodda li nsibuhom f'kompjuters moderni bħala l-użu tat-teknoloġija diġitali eletronika (prinċipalment ivvintata minn [[Claude Shannon]] fis-sena 1937)<ref name="shannon">Shannon, Claude Elwood (1940). [http://hdl.handle.net/1721.1/11173 A symbolic analysis of relay and switching circuits]. Massachusetts Institute of Technology: Thesis (M.S.)</ref> u programmabilita iktar flessibli.
 
Hu diffiċli li ngħidu liema kien l-ewwel kompjuter diġitali. Fit-[[12 ta' Mejju]], [[1941]] [[Konrad Zuse]] żviluppa l-ewwel kompjuter eletromekkaniku diġitali (iz-[[Z3]]). Dan kien l-ewwel kompjuter li uża l-aritmetika [[binarja]]. Oħrajn importanti ġew dak iż-żmien bħal kompjuter [[Atanasoff-Berry]], il-kompjuter [[Harvard Mark I]] (fis-sena [[1944]]), il-kompjuter Amerikan [[ENIAC]] ([[1946]] u bbażat fuq is-sistema [[deċimali]]) li kien l-ewwel kompjuter eletroniku għal użu ġenerali (għalkemm mhux oriġinalment hekk).
 
It-tim li żviluppa l-[[ENIAC]], tgħallem mid-difetti li kellu dan il-kompjuter u żviluppa disinn iktar eleganti magħruf illum bħala l-[[arkitettura ta' Von Neumann]]. Din l-arkitettura saret il-bażi ta' kull kompjuter tal-lum. Żviluppi oħra fuq dan il-mudell saru l-Ingilterra lejn l-aħħar tas-snin [[1940|erbgħin]] fosthom insibu lil [[EDSAC]].
 
Fis-snin [[1950|ħamsin]] valvoli (tubi) kienu wżati; eventwalment imbiddla għal [[transistor]]s fis-snin [[1960|sittin]]; u fis-snin [[1970|sebgħin]], l-introduzzjoni tat-teknoloġija taċ-[[ċirkwit integrat]] wassal biex il-kompjuters setgħu ikunu irħas biż-żejjed biex individwi setgħu ikollhom wieħed.
 
Forsi hemm min jgħid li qisa t-tekonloġija waqfet għax sal-lum għadna nużaw dawn it-tip ta' kompjuters. Mhux hekk! Żviluppi oħra hemm iżda it-teknoloġija taċ-ċirkwit integrat kompliet tiżviluppa u infatti l-iżviluppaturi baqgħu minn dak iż-żmien l-hawn jobdu [[il-liġi ta' Moore]]<ref name="IntelInterview">{{cite web| year =2005|url=ftp://download.intel.com/museum/Moores_Law/Video-Transcripts/Excepts_A_Conversation_with_Gordon_Moore.pdf| title =Excerpts from A Conversation with Gordon Moore: Moore’s Law| format ={{PDFlink}}| pages =1| publisher=[[Intel|Intel Corporation]]| accessdate =May 2| accessyear =2006}}</ref> (miktuba minn [[Gordon E. Moore]] fundatur ta' [[Intel]]) li tgħid li kull sentejn ser jirdipjaw it-transistors ġewwa iċ-ċirkwit integrat u l-prezz jorħos proporjonalment. Bħala eżempju, li kieku ġara l-istess fl-industija ta' l-avjazzjoni, vjaġġ minn [[New York]] sa [[Pariġi]] li fl-[[1978]] kien jiswa $900 u kien jieħu sebgħa siegħat, ikun illum jiswa $0.01 u jieħu inqas minn sekonda!
 
==Ġenerazzjonijiet tal-kompjuters==