Kolokolo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
mNo edit summary
Linja 28:
==Deskrizjoni==
 
Il-[[kolokolo]] huwa ftit akbar min ġurdien, twil bejn 8 u 13-il ċm, b'denb pjutost oħxon fil-bidu moderatament preħensili, ta' bejn wieħed u ieħor l'istess tul u jiżen bejn 17 u 31 gramma. Il-pil, qasir u folt fil-kanella b'xi ftit iswed fin-naħa ta' fuq għal mal-ġnub, ma' l-idejn u s-saqajn, b'xi tbajja fil-griż ċar l'hemm u l'hawn, b'wiċċu w ż-żaqqu fil-bajdani. Il-[[kolokolo]] għandu par għajnejn kbar ftit imqabżin il-barra b'2 iċriki suwed madwarhom u par widnejn qosra, żgħar u tondi.
 
==Dieta==
 
Il-parti l-kbira tad-dieta tal-[[kolokolo]] hija [[karnivora]], magħmula minn insetti u [[annimali]] [[vertebrati]] żgħar, għalkemm ammont żgħir ta' [[frott]] jintiekel ukoll.
 
==Riproduzjoni==
Linja 40:
==Klassifikazjoni==
 
Il-[[kolokolo]] jew [[monito del monte]] huwa l'uniku membru tal-[[familja]] [[Microbiotheriidae]] u l'unika speċi ħajja mill-[[ordni]] antik [[Microbiotheria]], li ilu miż-żminijiet ta' l-[[Oligocene]] u [[Miocene]] ta' l-[[Amerika]] ta' taħt. Għalkemm darba kien maħsub li huwa membru ta' l-[[ordni]] [[Didelphimorphia]], ħafna evidenzi anatomiċi u ġenetiċi fi żmienijiet reċenti wasslu għal konklużjoni li dan il-[[mammiferu]] [[marsupjali]] ċkejken ta' l-[[Amerika]] ta' taħt huwa relatat l'aktar fil-qrib mal-marsupjali tal-kontinent [[Awstralja]]n. Huwa maħsub ukoll li l-antenati fil-bogħod tal-[[kolokolo]], jew baqaw fil-kontinet ta' l-[[Amerika]] ta' taħt waqt li oħrajn daħlu fil-kontinent Antartiku w eventwalment f'dak [[Awstralja]]n matul iż-żmien li it-3 kontinenti kienu maqudin f'kontinent wieħed bl-isem ta' [[Gondwana]] jew kienu parti mil-fawna marsupjali [[Awstralja]]na li reġu invadew lura il-kontinent ta' l-[[Amerika]] ta' taħt.
 
*[[Ordni]] [[Microbiotheria]]