Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Kolokolo"

480 bytes miżjuda ,  15 snin ilu
l-ebda taqsira
mNo edit summary
No edit summary
Il-[[kolokolo]] jew kif isibuħ ukoll '''[[monito del monte]]''' li jfisser "xadina żigħra tal-muntanji", huwa [[mammiferu]] [[marsupjali]] [[karnivoru]] ta' l-[[Amerika]] ta' taħt. Jinstab biss fuq il-muntanji bejn iċ-[[Ċili]] u l-[[Arġentina]] u jippreferi foresti umdi, partikolarment fejn jikber il-[[bambu]] jew qasab ċilen, u huwa pjutost komuni fl-areja ristretta li jigħx fhija.
 
Il-[[kolokolo]] huwa marsupjal [[noturnu]] u għandu abilita kbira biex jitla ma' s-siġar fejn jigħnu ħafna denbu, imma jsibu komdu tant ieħor fuq l-art. Huwa għandu kapaċita li jakkumula riserva kbira ta' xaħam f'denbu, u fiż-żmien ġigħma jirdoppja il-piż ta' ġismu. Din ir-riserva tintuża matul il-ġranet kesħin tax-xitwa meta il-[[kolokolo]] jkun qiegħed fi stat ta' ibernazjoni.
 
==Deskrizjoni==
 
Il-[[kolokolo]] huwa ftit akbar min ġurdien, twil bejn 8 u 13-il ċm, b'denb pjutost oħxon fil-bidu moderatament preħensili, ta' bejn wieħed u ieħor l'istess tul u jiżen bejn 17 u 31 gramma. Il-pil, qasir u folt fil-kanella b'xi ftit iswed fin-naħa ta' fuq għal mal-ġnub, ma' l-idejn u s-saqajn, b'xi tbajja fil-griż ċar l'hemm u l'hawn, b'wiċċu w ż-żaqqu fil-bajdani. Il-kolokolo għandu par għajnejn kbar ftit imqabżin il-barra b'2 iċriki suwed madwarhom u par widnejn qosra, żgħar u tondi.
 
==Dieta==
==Riproduzjoni==
 
It-tammir isir matul ir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf. Wara biss -ilftit ġurnataġranet jitwieldu minn 1 sa 5 ifrieħ taħt forma ta' embrjuni żgħar ħafna, li jiġu miżmuma ġewwa marsupju żviluppat sew li jiflaħ massimu ta' 4. Dawn ikomplu jiżżviluppaw fil-marsupju ta' l-omm u joħorġu biss wara ftit ġigħmat, meta jkunu kapaċi jżommu it-temperatura ta' ġisimhom stabli, wara jkomplu jikbru ġo bejta fis-siġar li tkun lestit l-omm minn qabel. Ftit ġranet biss wara il-frieħ jibdew iduru ma' l-omm imqabdin ma' darha, dan sakemm jkunu kapaċi jżommu weħidhom fis-siġar. Il-[[kolokolo]]jilħqu Il-maturita sesswali tintlaħaqtagħhom fit-tieni sena ta' ħajja.
 
==Klassifikazjoni==
 
Il-[[kolokolo]] jew [[monito del monte]] huwa l'uniku membru tal-[[familja]] [[Microbiotheriidae]] u l'unika speċi ħajja mill-[[ordni]] antik [[Microbiotheria]], li ilu miż-żminijiet ta' l-[[Oligocene]] u [[Miocene]] ta' l-[[Amerika]] ta' taħt. Għalkemm darba kien maħsub li huwa membru ta' l-[[ordni]] [[Didelphimorphia]], ħafna evidenzi anatomiċi u ġenetiċi fi żmienijiet reċenti wasslu għal konklużjoni li dan il-[[mammiferu]] [[marsupjali]] ċkejken ta' l-[[Amerika]] ta' taħt huwa relatat l'aktar fil-qrib mal-marsupjali tal-kontinent [[Awstralja]]n. Huwa maħsub ukoll li l-antenati fil-bogħod tal-kolokolo, jew baqaw fil-kontinet ta' l-[[Amerika]] ta' taħt waqt li oħrajn daħlu fil-kontinent Antartiku w eventwalment f'dak Awstraljan[[Awstralja]]n matul iż-żmien li it-3 kontinenti kienu maqudin f'kontinent wieħed bl-isem ta' [[Gondwana]] jew kienu parti mil-fawna marsupjali Awstraljana[[Awstralja]]na li reġu invadew lura il-kontinent ta' l-[[Amerika]] ta' taħt.
 
*[[Ordni]] [[Microbiotheria]]
5,286

modifiki