Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Arkanġlu Mikiel"

5,526 bytes miżjuda ,  9 snin ilu
m (r2.7.1) (robot Adding: be:Міхаіл, архістратыг)
 
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tiegħu nhar id-29 ta’ Settembru, flimkien mal-Arkanġli Gabrijel u Rafel.
 
=== Is-Santwarju ta' San Mikiel fuq il-Gargano ===
 
L-oriġini tas-santwarju ta’ San Mikiel tmur lura għas-sena 490. Skont it-tradizzjoni, raġel għani, ċertu Elvio Emanuele, ħa l-merħla tiegħu tirgħa fuq il-muntanja Gargano. Barri ħarablu u dam ħafna jfittxu. B’għaġeb kbir sabu għarkubbtejh quddiem għar, tgħid il-leġġenda. Bir-rabja li ħakmitu Elvio sparalu vleġġa imma spiċċa biex laqat siequ stess. Imbellah b’dak li ġara, Elvio erħielha għand l-isqof u tarraflu x’ġara.
 
Wara tlett ijiem ta’ talb u sawm l-Arkanġlu San Mikiel dehrlu u qallu: “Jiena l-Arkanġlu Mikiel. Jiena dejjem fil-preżenza ta’ Alla. L-għar huwa qaddis għalija. Għażiltu jien. Jiena nnifsi il-ħarries tiegħu… Fejn hemm il-blat miftuħ id-dnubiet tal-bnedmin huma maħfura… Dak li jintalab hawnhekk fit-talb jiġi maqlugħ. Għalhekk, mur fuq il-muntanja u ddedika l-għar lir-reliġjon Nisranija”. Sfortunatament l-isqof ma tahx widen kemm għax l-għar kien fl-għoli u anki għaliex dak l-imkien kien post fejn il-pagani kienu jqimu l-allat foloz tagħhom.
 
Sentejn wara, jiġifieri fis-sena 492, in-nies ta’ Siponto ġew assedjati mill-għadu tagħhom. L-Isqof San Lorenzo rnexxielu jikseb ftehim ta’ tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied. Tul dawn il-jiem sam u talab b’fidi kbira. Fit-tielet jum dehrlu l-Arkanġlu u qallu li n-nies tal-belt kienu se jirbħu l-battalja. Dan il-messaġġ tant mela b’kuraġġ lin-nies tal-belt li ħarġu u qerdu lill-għadu f’ħakka ta’ għajn. Il-ġellieda kienu msieħba minn dawl qawwi u ragħad.
 
Meta ra din ir-rebħa ssir quddiem għajnejh, l-Isqof reġa’ lura minn fehmtu u ħaseb biex jikkonsagra l-għar imqaddes li kien ħeġġu jagħmel San Mikiel Arkanġlu. Imma l-Arkanġlu dehrlu u qallu li l-għar kien diġà kkonsagrah hu stess. Minħabba dan il-fatt tal-għaġeb, din il-bażilika tissejjaħ “il-Bażilika Ċelesti” l-għaliex ma ġietx ikkonsagrata minn idejn il-bnedmin. Meta sema dan, l-isqof, flimkien ma’ seba’ isqfijiet oħra Apuljani, irħwelha purċissjonalment lejn l-għar imqaddes mal-poplu u man-nies ta’ Siponto. Tul il-purċissjoni ġrat ħaġa tassew tal-għaġeb skont it-tradizzjoni: xi ajkli ħarsu lill-isqfijiet mid-dawl tax-xemx billi fetħulhom ġwenħajhom. X’ħin waslu fl-għar sabu li kien hemm altar qadim u li kien mgħotti b’terħa tal-vermilion, b’salib għoli fuqu. Skont il-leġġenda, instabet ukoll il-forma tas-sieq ta’ San Mikiel fil-blat. B’ferħ mill-aktar kbir l-isqof offra l-ewwel Ewkaristija f’dan il-post mqaddes. Kien id-29 ta’ Settembru tas-sena 493.
 
L-aħħar ġrajja marbuta mal-interċessjoni qawwija ta’ San Mikiel seħħet mal-1150 sena wara, sewwasew fl-1656. In-naħa ta’ isfel tal-Italja kienet maħkuma mill-marda qerrieda tal-pesta. Quddiem din l-epidemija, li ħalliet eluf ta’ nies mejta, l-Arċisqof, Alfonso Puccinelli, sam u talab lil San Mikiel Arkanġlu. Barra minn hekk, kiteb talba u poġġieha quddiem l-istatwa tal-Arkanġlu li hemm fis-santwarju tiegħu fil-Gargano. Nhar it-22 ta’ Settembru, waqt li kien qiegħed jitlob fil-kappella tal-palazz tiegħu fuq Monte Sant’Angelo kien hemm bħal terremot u San Mikiel dehrlu f’dija li tgħammex. L-Arkanġlu ordnalu biex ibierek il-ġebel tal-għar u jnaqqax fuqhom is-sinjal tas-Salib u l-ittri '''MA''' (Mikiel Arkanġlu).
 
Min żamm dawn il-ġebel b’devozzjoni kellu jkun imħares mill-pesta. L-isqof għamel dak li qallu l-Arkanġlu. L-istorja tgħid li mhux biss il-belt ġiet meħlusa mit-theddida tal-pesta imma wkoll dawk kollha li talbu għall-ġebel biex iżommuh b’devozzjoni, jgħixu fejn kienu jgħixu. Bħala tifkira għal dejjem u bi gratitudni eterna għal dan il-miraklu li l-Mulej wettaq permezz ta’ San Mikiel, l-Arċisqof bena monument lil San Mikiel fil-pjazza tal-belt, li wieħed għadu jista’ jarah sal-lum, sewwasew quddiem il-kamra fejn jingħad li seħħet id-dehra. Il-kitba li hemm fuq il-monument tgħid hekk: “Lill-Prinċep tal-Anġli, Konkwistatur tal-Pesta, Patrun u Ħarries, aħna npoġġu dan il-monument bi gratitudni eterna. Alfonso Puccinelli 1656”.
 
Matul iż-żminijiet, is-santwarju fuq il-Gargano kien post li ra eluf ta’ pellegrini li żaruh. Fost l-għadd bla tarf ta’ pellegrini li telgħu fuq il-muntanja Gargano insibu lill-Papiet Ġelasju I, San Ljun IX, Urbanu II, Alessandru III, Gregorju X, [[Papa Ċelestinu V|San Ċelestinu V]], [[Papa Ġwanni XXIII|Ġwanni XXIII]] (meta kien għadu Kardinal) u [[Papa Ġwanni Pawlu II|Ġwanni Pawlu II]]. Fost is-slaten li żaru din il-Bażilika Ċelesti nsibu lil Ludoviku II, Ottone III u ommu Teofane, Karlu t’Anġù, Alfonsu t’Aragona, is-Slaten Borboni Ferdinandu I u II, Vittorju Emanuele III u Umberto ta’ Savoja. Ma’ dawn nistgħu nżidu wkoll xi qaddisin bħal [[San Franġisk t'Assisi|San Franġisk t’Assisi]], Santa Briġida tal-Isvezja, [[San Alfons Maria de Liguori]], San Geraldu Maiella u [[Patri Piju|San Piju ta' Pietralcina]].
 
Sa mit-13 ta’ Lulju 1996, il-kura pastorali tas-santwarju ta’ San Mikiel fuq il-muntanja tal-Gargano għaddiet f’idejn il-Kongregazzjoni ta’ San Mikiel Arkanġlu. Il-Mikeliti, kif inhuma magħrufa l-membri ta’ din il-kongregazzjoni, daħlu wara 25 sena ta’ servizz pastorali li kienu wettqu l-Benedittini Verginiani. Din il-kongregazzjoni Pollakka, imwaqqfa mill-Venerabbli Qaddej ta’ Alla, Dun Bronislao Markiewicz, għandha bħala għan tagħha li taqdi lit-tfal u liż-żgħażagħ abbandunati.
 
=== San Ġorġ Preca u San Mikiel ===
Utent anonimu