Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Francis Ebejer"

l-ebda taqsira
No edit summary
 
==Bijografija==
Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-[[Dingli]]. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-[[Università ta’ Malta]] bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu ta’ l-Ingliż-Taljan ma l-''8th Army'' ta’ l-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta’ Fuq (1943-44). Ħa sena kors tal-letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem ta' l-[[Ingliż]] u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, Middlesex (1948-50) l-[[Renju Unit|Ingilterra]], inħatar kap ta' l-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sa' l-1977.
 
Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-B.B.C. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.
Utent anonimu