Anton Buttigieg: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 13:
Sa mill-1928, Buttigieg beda jippubblika. L-ewwel ma kiteb kien ''L’insegnamento dei Sepolcri'' fir-rivista tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Fl-1929 beda jippubblika l-poeżiji fil-Pronostku Malti u rebaħ is-sitt premju bil-poeżija "Sajf".
 
Buttigieg kien wieħed mill-membri tal-bidu tal-Għaqda tal-Malti (Università) fl-1931, imwaqqfa minn [[Rużar Briffa]] u [[Ġużè Bonnici]]. Kien ukoll Membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-[[Akkademja tal-Malti]]. Jibqa' magħruf bħala l-Poeta tan-Natura għal ħafna poeżiji li għandu fuq is-suġġett. Buttigieg kien l-ewwel wieħed li uża stili ta' poeżija Ġappuniża bħat-tanka u l-ħajku, u ppubblika żewġ kotba ta' poeziji satiriċi u ċajtiera bl-isem ta' ''Ejjew nidħku ftit'' (1962) u ''Ejjew nidħku ftit ieħor'' (1965). Fihom Buttigieg jittratta l-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża b'umoriżmu u sarkażmu.
 
===Il-Kebbies tal-Fanali===