Karin Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Karen Grech (1962-1977), bint il-Professur Edwin Grech, kienet tfajla li nqatlet ta’ 15-il sena, kawża ta’ splużjoni li seħħet minn pakkett bomba mgeżwer f’karti tal-Milied...
 
No edit summary
Linja 1:
Karen Grech (1962-1977), bint il-Professur [[Edwin Grech]], kienet tfajla li nqatlet ta’ 15-il sena, kawża ta’ splużjoni li seħħet minn pakkett bomba mgeżwer f’karti tal-Milied, li ntbagħat fid-dar tal-ġenituri tagħha f'San Ġwann nhar it-28 ta' Diċembru 1977. Fil-preżenza ta’ ħuha Kevin, li dak iż-żmien kien għad kellu għaxar snin, Karin kienet fetħet il-pakkett li kien indirizzat lil missierha, li ħasbitu xi rigal. Hija mietet nofs siegħa wara fl-Isptar San Luqa, kawża tal-ġrieħi li ġarrbet minħabba ħruq f’diversi partijiet ta’ ġisimha.
 
== Il-Kwistjoni tat-Tobba ==
 
Għall-ħabta ta’ Awwissu 1977, il-Professur Edwin Grech kien qiegħed jagħti s-servizzi tiegħu fir-[[Renju Unit]], meta f’Malta kienet għaddejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba, il-MAM. Kien il-Gvern Malti li kkuntattja lill-Professur Grech u talbu jirritorna Malta biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu bħala Konsulent u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa. Il-Professur aċċetta li jinżel Malta u jkompli bis-servizzi tiegħu sakemm tintemm it-tilwima industrijali. Ġara li l-kwistjoni industrijali twalet ferm u ferm aktar milli qatt kien maħsub, tant li l-Professur kien għadu f’pajjiżna meta seħħet it-traġedja fid-dar tiegħu, fit-28 ta’ Diċembru, 1977.
 
== L-Investigazzjoni ==
 
Minkejja li għaddew ħafna snin, il-każ għadu u mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt, l-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin, u-Inkjesta Maġisterjali għadha miftuħa. Mill-2008 'l hawn, il-Pulizija kienet qiegħda tkellem grupp ta’ persuni li fl-investigazzjonijiet ta' qabel, ma kinux ġew interrogati mill-Pulizija. Fl-2009, il-ġurnal ''It-Torċa'' irraporta li l-Pulizija Maltija tefgħet għajnejha fuq numru żgħir ħafna ta’ tobba Maltin residenti fl-Ingilterra, li kienu magħrufa għar-rabtiet fil-qrib mal-Partit Nazzjonalista fiż-żmien l-istrajk tat-tobba tal-1977. Irraporta ukoll li kienu investigati wkoll kitbiet fil-''British Medical Journal'' li dehru fl-1977.
B’riżultat ta’ kuntatti regolari li jidher li għadhom għaddejjin sal-lum bejn il-Pulizija u l-Professur Edwin Grech, il-Pulizija f’dawn l-aħħar sentejn żvelat li dwar dan il-każ fetħet linja ġdida ta’ investigazzjoni. Madankollu, l-Ispettur Chris Pullicino, li huwa l-Kap tat-Taqsima Omiċidji żamm kawt ħafna milli jiżvela iżjed dettalji dwar l-andament tal-investigazzjonijiet peress li l-Inkjesta Maġisterjali għadha miftuħa.
 
Sadanittant, jidher li minkejja d-diffikultajiet fil-proċess tal-investigazzjoni, għall-fatt li issa għad­dew 33 sena, jidher li kull suġġeriment qiegħed jittieħed bl-akbar serjetà. Fil-fatt, matul l-aħħar sentejn, il-Pulizija kienet qiegħda tkellem grupp ta’ persuni li dak iż-żmien, ma kinux ġew interrogati mill-Pulizija.
 
== Kumpens lill-familja ==
 
Sadanittant, fl-aħħar ta' Novembru 2010, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat lill-Prim Ministru, bħala l-Kap tal-Gvern Malti, biex jagħti s-somma ta’ €419,287 lill-Professur Edwin Grech u lill-familja tiegħu bħala kumpens għall-qtil politiku ta’ Karin. Fil-kummenti tiegħu għal din l-aħbar, il-Professur Grech qal li din tiftaħlu ħafna bibien fl-investigazzjoni tiegħu biex jgħin lill-Pulizija tasal għall-qattiel jew qattiela. Fl-istess waqt, huwa wera diżappunt kbir għall-mod kif il-Pulizija investigat il-qtil ta’ bintu.
 
L-Imħallef Raymond Pace, li ppresieda l-kawża, fisser in-nuqqas tal-Gvern milli jagħti kumpens għal dawn is-snin kollha bħala trattament diskrimi­natorju fuq bażi politika. Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef għamilha ċara li d-delitt seħħ bħala konsegwenza tas-servizzi li l-Professur Grech ta lill-Gvern Malti u fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jirrifjuta li jagħti kumpens bħala aġir diskrimintorju. L-Imħallef Pace sostna li mill-provi, jirriżulta li l-Gvern ikkumpensa lil diversi persuni li spiċċaw vittmi minħabba ċirkostanzi pubbliċi għax taw servizz lill-Gvern jew minħabba li sofrew atti vjolenti, madankollu naqas milli jagħmel l-istess mal-familja Grech. Huwa sostna li d-delitt ta’ Karin Grech kien wieħed ta’ natura mediko-politika, frott tal-klima partikolari li nħolqot fil-kwistjoni industrija­li bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba. Żied jgħid li d-deċiżjoni tal-Professur Grech li jaċċetta li jkompli jaqdi lill-pubbliku bis-servizzi mediċi tiegħu kienet suġġett ta’ tensjoni kbira għalih u għall-familja tiegħu.
Fil-kummenti tiegħu għal din l-aħbar, il-Professur Grech qal li din tiftaħlu ħafna bibien fl-investigazzjoni tiegħu biex jgħin lill-Pulizija tasal għall-qattiel jew qattiela. Fl-istess waqt, huwa wera diżappunt kbir għall-mod kif il-Pulizija investigat il-qtil makabru ta’ bintu.
 
Iżda l-Gvern ħabbar, ftit tal-jiem wara, li se jappella minn din is-sentenza. Minkejja li qal li se jaċċetta li jħallas il-kumpens, qal li ma jaqbilx mal-Qorti li dan kien każ politiku għax id-delitt għadu mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt.
L-Imħallef Raymond Pace, li ppresieda l-kawża, fisser in-nuqqas tal-Gvern milli jagħti kumpens għal dawn is-snin kollha bħala trattament diskrimi­natorju fuq bażi politika.
 
== Il-Politiċi ==
Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef għamilha ċara li d-delitt seħħ bħala konsegwenza tas-servizzi li l-Professur Grech ta lill-Gvern Malti u fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jirrifjuta li jagħti kumpens bħala aġir diskrimintorju.
 
Fil-Parlament, nhar id-19 ta’ Ġunju 1985, il-Kap tal-Oppożizzjoni [[Eddie Fenech Adami]] meta kien qiegħed iwieġeb għall-intervent tal-Ministru Laburista Alex Sciberras Trigona, kien qal: "Ngħidlek xi darba dwar Karin Grech, meta nkunu aħna fil-Gvern ngħidlek min, tikkonfondix. Nagħmlu l-investigazzjonijiet bis-serjetà u ngħidlek, mela le!" Wara l-bidla fil-Gvern fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jagħtu prijorità lil numru ta’ każijiet fosthom il-każ ta’ Karin Grech, iżda tul is-snin qatt ma tressaq ħadd il-qorti fuq il-każ. F'intervista li Fenech Adami ta fl-2010 huwa qal li hu kien għamel dak kollu possibbli biex il-każ ikun solvut.
L-Imħallef Pace sostna li mill-provi, jirriżulta li l-Gvern ikkumpensa lil diversi persuni li spiċċaw vittmi minħabba ċirkostanzi pubbliċi għax taw servizz lill-Gvern jew minħabba li sofrew atti vjolenti, madankollu naqas milli jagħmel l-istess mal-familja Grech. Huwa sostna li d-delitt ta’ Karin Grech kien wieħed ta’ natura mediko-politika, frott tal-klima partikolari li nħolqot fil-kwistjoni industrija­li bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba.
 
Fl-2009, il-Mexxej Laburista [[Joseph Muscat]] qal li "l-qtil ta' Karin Grech u l-qtil ta' [[Raymond Caruana]], kienu delitti li saru minħabba intolleranza politika. Din l-intolleranza hija marda kiefra li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jibqa’ jikkumbatti. Lil hinn mill-politika partiġġjana, f'dawn id-delitti ma nxteridx demm blu jew aħmar, imma demm innoċenti."
Żied jgħid li d-deċiżjoni tal-Professur Grech li jaċċetta li jkompli jaqdi lill-pubbliku bis-servizzi mediċi tiegħu kienet suġġett ta’ tensjoni kbira għalih u għall-familja tiegħu.
 
== Sptar u Monument ==
Iżda l-Gvern ħabbar, ftit tal-jiem wara, li se jappella minn din is-sentenza. Minkejja li qal li se jaċċetta li jħallas il-kumpens, qal li ma jaqbilx mal-Qorti li dan kien każ politiku għax id-delitt għadu mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt.
 
Fl-1981, il-Gvern Laburista bena sptar għat-tfal maġenb l-Isptar San Luqa fi Gwardamangia li semmieh Sptar Karin Grech.
 
F'San Ġwann, hemm Ġnien Karin Grech, b'monument tagħha fih. Ta' kull sena, fl-anniversarju tal-qtil tagħha, il-[[Partit Laburista]] itella' programm ta' tifkira f'ġieħha bil-preżenza tal-qraba tagħha.
F’dan l-istadju, il-Professur Grech żamm lura milli jikkummenta dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jappella mis-sentenza tal-Qorti.