Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m [r2.5.2] robot Modifying: ca:Seu Apostòlica; kosmetiċi bidliet
Linja 7:
Għalkemm kull [[sede episkopali]] hi “qaddisa” (“santa”), l-espressjoni “is-Santa Sede” hi normalment użata internazzjonalment bħala metonimu (kif ukoll fil-[[liġi kanonika]] tal-Knisja Kattolika) sabiex tirreferi għas-Sede ta’ Ruma, fid-dawl tal-gvern ċentrali tal-Knisja Kattolika. Is-Santa Sede legalment għandha bosta similaritajiet mal-kuruna fil-monarkiji sekulari Kristjani.
 
== Organizzazzjoni ==
 
Il-Papa jiggverna l-Knisja Kattolika mill-[[Kurja Rumana]]. Il-Kurja Rumana tikkonsisti f’kumpless ta’ uffiċji li jamministraw l-affarijiet tal-knisja fl-ogħla livell tagħhom, li jinkludu s-[[Segretarjat tal-Istat]], disgħa Kongregazzjonijiet, tlett Tribunali, ħdax –il Kunsill Pontifiċju, u sebgħa Kummissjonijiet Pontifiċji. Is-Segretarjat tal-Istat, taħt il-Kardinal Segretarju tal-Istat, jidderieġi u jikkordina l-Kurja. L-okkupant preżenti, il-Kardinal [[Tarcisio Bertone]], hu l-ekwivalenti ta’ prim ministru fil-ġerarkija tas-Santa Sede. L-Arċisqof [[Dominique Mamberti]], Segretarju tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Istati fis-Segretarjat tal-Istat, hu l-ekwivalenti ta’ ministru tal-affarijiet barranin. Bertone u Mamberti ġew innominati fil-karigi rispettivi tagħhom mill-Papa Benedittu XVI f’Settembru 2006.
Linja 26:
Fl-2001, is-Santa Sede kellha dħul ta’ 422.098 billjun [[Liri Taljani|Lira Taljana]] (madwar 202 milljun [[Dollaru Amerikan]] dak iż-żmien), u profitt nett ta’ 17.720 billjun lira Taljana (madwar 8 milljun Dollaru Amerikan)
 
== Status fil-liġi internazzjonali ==
 
Is-Santa Sede ġiet rikonoxxuta, kemm fil-prattika tal-istati, u kif ukoll fil-kitba ta’ studjużi tal-liġi moderna, bħala suġġett tal-liġi internazzjonali, bid-drittijiet u d-dmirijiet simili għall-dawk tal-Istati. Għalkemm is-Santa Sede, bħala entita’ distanti mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan, ma’ tissodisfax il-kriterja tal-liġi internazzjonali tal-istati- b’popolazzjoni permanenti, territorju definit, gvern stabbli, u l-kapaċita’ li tidħol f’relazzjonijiet ma’ stati oħra – il-pussess ta’ personalita’ legali sħiħa fil-liġi internazzjonali hi murija mill-fatt li s-Santa Sede għandha relazzjonijiet diplomatiċi ma’ 177 stat, li hi membru-stat f’organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali varji, u li hi “rispettata mill-kommunita’ internazzjonali tal-Istati Sovrani u trattata bħala suġġett tal-liġi internazzjonali, bil-kapaċita’ li tidħol f’relazzjonijiet diplomatiċi u li tiħol fi ftiehim ma’ stat jew stati ukoll taħt il-liġi internazzjonali li huma verament kommessi sabiex jistabilixxu u jipperseveraw il-paċi fid-dinja.”
Linja 40:
Is-Santa Sede hi membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali varji, u gruppi li jinkludi l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA), l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, u l-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Reguġjati. Is-Santa Sede hi ukoll osservatur permanenti f’organizzazzjonijiet internazzjonali varji, fosthom l-[[Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda]], il-Kunsill tal-Ewropa, il-[[UNESCO]], l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikultura (FAO)
 
== Relazzjonijiet mal-Belt tal-Vatikan u territorji oħra ==
 
Għalkemm is-Santa Sede hi ferm qrib il-Belt tal-Vatikan, it-territorju indipendenti fuq liema is-Santa Sede hi sovrana, iż-żewġ entitajiet huma separati u distinti. Wara t-teħid tal-Istati Papali mit-Taljani fl-1870, is-Santa Sede ma kellha l-ebda sovrenita’ territorjali. Minkejja l-inċertezza tal-esperti dwar jekk setgħetx tkompli taħdem bħala personalita’ indipendenti f’affarijiet internazzjonali, is-Santa Sede kompliet fil-fatt tħaddem id-dritt tagħha li tibgħat u tirċievi rapreżentanti diplomatiċi, iżżomm relazzjonijiet ma’ stati li kienu jinkludu l-qawwiet kbar tar-[[Russja]], [[Prussja]], u Awstrija-Ungerija. Fejn, skont id-deċiżjoni tal-[[Kungress ta’ Vienna]] tal-1815, in-[[Nunzju]] kien mhux biss membru tal-Korp Diplomatiku, iżda d-Dekan tiegħu, dan l-arranġament kompla jiġi aċċettat mill-ambaxxaturi l-oħra. Fil-kors tal-59 sena matul liema is-Santa Sede ma kellha l-ebda sovrenita’ territorjali, in-numru ta’ stati li kellhom relazzjonijiet magħha, li kienu naqsu għal sittax, fil-fatt żdiedu għal 29.
Linja 46:
L-Istat tal-Belt tal-Vatikan inħoloq bit-[[Trattat tal-Lateran]] fl-1229 sabiex “jassigura l-indipendenza assoluta u viżibbli tas-Santa Sede” u “sabiex tiggarantixxi li jkollha sovrenita’ indisputibbli f’affarijiet internazzjonali” (kwotazzjonijiet mit-trattat). L-Arċisqof Jean-Louis Tauran, l-eks Segretarju għar-Relazzjonijiet mal-Istati, qal li l-Belt tal-Vatikan hi “stat ta’ sapport minuskolu li jiggarantixxi l-ħelsien spiritwali tal-Papa bl-inqas territorju”.
 
Is-Santa Sede, u mhux il-Belt tal-Vatikan, iżżomm relazzjonijiet diplomatiċi mal-istati u tipparteċipa fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Ambaxxati barrann huma akkreditati mas-Santa Sede u mhux mal-Belt tal-Vatikan, u hi s-Santa Sede li tistabilixxi trattati u konkordati ma’ entitajiet sovrani oħra. Fejn neċessarju, is-Santa Sede tidħol fi trattati f’isem il-Belt tal-Vatikan.
Taħt it-termini tat-Trattat tal-Lateran, is-Santa Sede għandha awtorita’ extraterritorjali fuq 23 sit f’Ruma, u ħames siti Taljani barra minn Ruma, li jinkludu l-Palazz Pontifiċju f’[[Castel Gandolfo]]. L-istess awtorita’ hi estiża taħt liġi internazzjonali fuq in-Nunzjatura Appostolika tas-Santa Sede f’pajjiż barrani.
 
== "Santa Sede" u "Sede Appostolika" ==
 
Kull Sede Episkopali hi kkunsidrata “qaddisa” (“santa”). Fil-Griek, l-aġġettiv “qaddies” jew “sagru” (ἱερά) hu bosta drabi applikat għal kull sede bħala normalita’. Fil-Punent, l-aġġettiv m’huwiex komunament miżjud, iżda jifforma part mill-isem uffiċjali ta’ żewġ sede: minbarra ta’ Ruma, il-Bisforiku ta’ Mainz (qabel l-Arċubisforiku ta’ Mainz) li kellu wkoll pożizzjoni elettorali u primazjali, għandu t-tietlu tas-“Santa Sede ta’ Mainz” (Latin: ''Sancta Sedes Moguntina'').
Linja 57:
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.vatican.va/ Sit uffiċjali tas-Santa Sede]
 
[[Kategorija:Santa Sede| ]]
Linja 65:
[[arz:الكرسى البابوى]]
[[bs:Sveta Stolica]]
[[ca:Seu ApostólicaApostòlica]]
[[ceb:Balaang Sede]]
[[cs:Svatý stolec]]