Kon-Katidral ta' San Ġwann: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 14:
Kif it-tbexbix tas-seklu 17 daħħal l-istil Barokk ġdid, il-[[Granmastru Cotoner]] ordna d-dekorazzjoni tal-knisja minn ġewwa. Il-[[Kavallieri]] kienu ħerqana li jħabbtuha mal-knejjes kbar ta’ [[Ruma]] u l-karattru pompuż u dimostrattiv ta’ l-era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan. L-artist Kalabriż Mattia Preti, li kien ikkummissjonat b’dan ix-xogħol, bidel ġewwa f’ċelebrazzjoni ta’ arti Barokka. Huwa l-kuntrast bejn il-faċċata sempliċi u sobrija tal-binja mal-karattru festiv ta’ ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku.
 
Fit-12 ta’ Lulju 1798 il-Kavalieri, fuq qalbhom, ċedew il-Gżejjer lill-Ġeneral [[Napuljun Bonaparte]] u hekk ħallew il-knisja konventwali tagħhom. Kien f’dan iż-żmien li l-knisja saret Kon-Katidral. Il-Franċiżi ċedew fl-[[1800]] u l-Gvernatur Ingliż ma damx ma ħa l-gżira f’idejh. L-istess privileġġi li kienu jgawdu l-Kavallieri ħakkiema issa għaddew għand il-Gvernatur Ingliż, u ma’ dawn il-privileġġi għaddiet ukoll il-knisja ta’ San Ġwann.zobbi
 
Fis-seklu 19 il-kappella tal-Lingwa Franċiża kienet il-vittma ewlenija tal-fanatiċiżmu tal-grupp artistiku li kien iġib l-isem Nazarene, li kien jaspira biex jirriforma l-arti Kristjana u jħassar għalkollox il-memorja tal-fjoritura Barokka ta’ qablu. San Ġwann tħalla f’idejn [[Giuseppe Hyzler]] (1787-1858), il-mexxej ewlieni lokali tal-moviment. B’zelu riformista kbir, beda biex neħħa mill-Kappella Franċiża dak li forsi kien l-aktar altar artistikament interessanti f’San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu saħansitra l-monumenti sepulkrali fil-kappella kellhom jgħaddu minn tibdil u diġà kienet saret xi ħsara lill-monument tal-[[Granmastru de Rohan]] meta protesta qawwija fis-sajf ta’ l-[[1840]] wasslet biex l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk.