Appendiċite: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
{{ċaħda medika}}
{{kategorizzazzjoni}}
L-'''appendiċite''' hija [[infjammazzjoni]] ta' musrana żgħira ħafna, l-appendiċi, li qiegħda fin-naħa tal-lemin, fin-naħa t'isfel taż-żaqq. Xi kultant din il-musrana tiffjamma ruħha minħabba xi biċċiet ta' [[ippurgar|ppurgar]] li jafu jeħlu fiha, u din ġġib magħha uġigħ li ġeneralment jibda minn madwar iż-żokkra li mbagħad jibqa' nieżel għan-naħa tal-lemin. Ħafna drabi jkun jeħtieġ li ssir operazzjoni biex titneħħa din il-musrana għax jekk titħalla f'postha tista' tixpakka u xxerred il-kontenut tagħha li hu mimli ppurgar u batteri, fiż-żaqq. Dan it-tixrid iġib miegħu [[peritonite]], kundizzjoni serja u ġieli fatali fejn ir-rita li hemm madwar iż-żaqq tiffjamma. Għaldaqstant ukoll, ikunu jridu jingħataw korsijiet ta' [[antibijotiċi]] biex jilqgħu kontra t-tixrid ta' infezzjoni mill-batteri li jgħixu fil-[[musrana l-kbira]].