Senġi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 20:
''[[Elephantulus]]''
}}
[[Mammiferi]] [[insettivori]] [[afrika]]ni tà daqs żgħir, magħrufa bħala [[ġriedem tà geddumhom twil iljunfanti]] jew [[senġi]]jiet, jagħmlu parti mill-familja [[Macroscelididae]], fl'- [[ordni (biologija)|ordni]] [[Macroscelidea]]. Peress li sar magħruf u xjentifikament ċar li l-[[ġriedem tà geddumhom twil iljunfanti]] ma huma xejn relatati ma l-[[ġriedem tà geddumhom twil]] tà vera, ħafna saru jipreferu jsejħulhom [[senġi]]jiet terminu li gej minn lingwi [[Bantu]] [[afrika]]ni.
 
Il-15-il speċi jvarjaw fid-daqs bejn wieħed u ìeħor minn 100 mm sa kważi 300 mm, u fil-piż minn ftit anqas minn 50 g għal ftit aktar minn 500 g. Kollha kemm huma jimxu fuq erbà saqajn li huma pjutost twal għall-ġisimhom, u għalkemm it-tul tà mnieħirhom ivarja minn speċi għall ohra, kollha kapaċi jilwu mnieħirhom l'hemm u l'hawn fit-tfittxija ghall-ikel.Il-parti il-kbira tad-dieta tagħhom tikkonsisti minn insetti, dud u brimb li jsibu ma l'-art qalb il-weraq.
 
Huma mifruxa sew fin-nofs in-nhar tà l'-[[Afrika]], u għalkemm ma huma komuni imkien, kważi tistà issibhom f'kull tip tà ambjent, mid-deżert tan-Namibja għall-foresti fl'-[[Afrika]] tà taħt. Is-[[Senġi tal-Afrika tà fuq]], jgħix fl'-ambjent xott, tal-pajjiżi fil-majistral tal-kontinent [[Afrika]]n.