Papa Piju XII: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 19:
=== It-Tieni Gwerra Dinjija u l-Kwistjoni tal-Lhud ===
 
Ġimgħatejn wara l-inkoronazzjoni ta’ Piju XII, [[Hitler]] invada ċ-[[Ċekoslovakkja]] - pass ’il bogħod minn gwerra dinija. Piju XII għamel minn kollox biex ibiegħed il-gwerra. Jibqa' magħruf id-diskors tiegħu fuq ir-radju tal-24 ta' Awwissu 1939 li fih qal il-frażi li baqgħet simbolu tal-Pontifikat tiegħu: "Xejn ma jintilef bil-paċi; hukollox jista' jintilef bil-gwerra". Iżda ġimgħa wara, nhar l-1 ta' Settembru, il-Ġermanja invadiet il-Polonja u jumejn wara, Franza u l-Ingilterra wieġbu għall-attakk: hekk bdiet it-[[Tieni Gwerra Dinjija]]. Papa Pacelli organizza għajnuna lill-popolazzjonijiet milquta u ħoloq l-uffiċċju informazzjoni fuq il-priġunieri u dawk dispersi. Huwa saħansitra issogra ħajtu meta għamilha ta’ intermedjarju bejn l-[[Alleati]] u l-moviment ta’ reżistenza fil-Ġermanja, li fl-1940 kien qed jippjana li jqum kontra Hitler.

Meta l-Italja ddikjarat li hi wkoll ser tidħol fil-gwerra, il-Vatikan ġie f’pożizzjoni kritika. Il-Papa għamel ħiltu sabiex iżomm id-dehra ta’ imparzjalità u b’hekk jevita li l-Vatikan jiġi attakkat bħala stat kompliċi mal-Alleati. Għalkemm Piju kellu stmerrija lejn il-Komuniżmu, hu ma wera l-ebda sens ta’ qbil man-Nażi li pinġew l-attakk fuq ir-Russja bħala gwerra qaddisa antikomunista. Madankollu, Piju XII kellu mħabba speċjali lejn il-poplu Ġermaniż u l-kultura tiegħu, u għalhekk hu ħadem sabiex iġib il-paċi li b’xi mod tirrispetta l-interessi leġittimi tiegħu. U meta l-gwerra daret favur l-Alleati, il-Papa beża’ mill-fatt li l-komunisti kienu ser jirbħu, għalhekk hu ħadem sabiex jintlaħaq ftehim li ma jagħtix rebħa totali la lill-Unjoni Sovjetika u lanqas lill-Ġermanja.
 
==== Il-Kwistjoni ta' Piju XII u l-Lhud ====
 
F'ħajtu u għal xi snin wara mewtu Piju XII kien imfaħħar għal dak kollu li għamel b'riżq il-Lhud. Iżda fl-1963, wara d-dramm teatrali "Il-Vigarju", bdiet polemika fuq Piju XII, akkużat li ma ħadimx biżżejjed biex jiddefendi l-Lhud, sa ġie definit "Il-Papa ta' Hitler". Iżda l-istudjuż Lhudi Pinchas Lapide, li kien ukoll il-konslu ta’ Israel fl-Italja, jgħid li bejn 70% u 90% tad-950,000 Lhud Ewropew li ħarġu ħajjin mill-Olokawst, jafu dan lil inizjattivi Kattoliċi, inkoraġġiti u sostnuti mill-istess Piju XII.
 
Iżda għaliex Piju XII ma kkundannax pubblikament l-atrocitajiet tan-Nażi fl-[[Olokawst]]? Beża’ wisq li ma jibqax newtrali? M’hemmx dubju li l-Papa kien infurmat biżżejjed dwar x’kien qed jiġri. Madankollu hu żamm is-silenzju. Żgur li għal dan kien hemm xi raġuni. Dawn huma xi raġunijiet possibli:
Line 26 ⟶ 32:
* it-theddida li n-Nażi jduru kompletament kontra l-Insara wkolll;
* l-għarfien tal-fatt li xejn mhu ser jikkonvinċi r-ras iebsa ta’ Hitler biex jieqaf mis-“soluzzjoni finali” (jiġifieri dik li joqtol lill-Lhud kollha);
* it-tama li l-Knisja tista’ ssalva iktar Lhud minn wara dahar Hitler milli meta tikkundanna l-Olokawst pubblikament. Fil-fatt f’Ruma biss, ’il fuq minn ħamest elef Lhudi ġew miżmuma f’kunventi u monasteri tal-Vatikan. Pinchas Lapide, li kien il-konslu ta’ Israel fl-Italja, jgħid li l-Papa salva madwar 400,000 Lhudi minn mewt żgura.
 
Madankollu ħafna jibqgħu jsostnu li dawn ir-raġunijiet ma humiex biżżejjed biex jiġġustifikaw is-silenzju ta’ Piju XII quddiem l-Olokawst - bħala vigarju ta’ Kristu hu kien fi dmir li jleħħen l-għajta dgħajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha. Għalhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Nażiżmu u l-antisemitiżmu matul it-Tieni Gwerra Dinija għadu sejjer. L-istoriku [[Ġiżwiti|Ġiżwita]] Robert Graham jistqarr li “Fiż-żewġ gwerer, uffiċjali minn diversi pajjiżi riedu li l-Papa jitfa’ il-piż ta’ l-awtorità reliġjuża tiegħu wara l-kawża tagħhom - billi, ngħidu aħna, jikkundanna espressament ċerti atrotiċitajiet ta’ l-għadu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tagħhom hi waħda ġusta u jiskomunika l-mexxejja ta’ l-għadu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ġudizzju morali dirett (min-naħa tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta’ propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reliġjuża għall-paċi min-naħa tas-Santa Sede.” Darba Piju XII stqarr ma’ Montini, li iktar ’il quddiem kellu jkun [[Papa Pawlu VI|Pawlu VI]], għalfejn hu żamm is-silenzju: “Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta’ dawn l-imsejkna.”
 
“Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta’ dawn l-imsejkna.”
 
Fix-xitwa tal-1943 il-Ġermaniżi daħlu fil-Bażilika ta' San Paolo fuori le Mura u arrestaw lil kull min kien refuġjat hemm. Riċentement instab pjan sigriet ta' Hitler li jokkupa l-Vatikan u jarresta lil Piju XII, għax dan skond id-dittatur Nażista kien qed ifixkel il-pjanijiet tal-Ġermanja.
 
Kien għalhekk li biex jevita li Hitler iżomm priġunier lill-Papa, Piju XII kien hejja ittra ta' riżenja li kellha tintuża f'każ li jinqabad, bi struzzjonijiet li jsiru konklavi għall-għażla ta' Papa ġdid f'[[Lisbona]].
 
Fl-1943, meta l-Ġermaniżi ordnaw lil-Lhud Rumani jagħtu d-dehbijiet tagħhom biex suppost isalvaw ħajjithom, il-Vatikan ikkontribwixxa 20 kilo mill-50 kilogramma mitluba. Skond ħafna storiċi, il-Ġermaniżi illikwidaw il-ghetto ta' Ruma proprju biex ipattuha lill-Papa Pacelli.
 
Nhar id-19 ta' Lulju 1943 wara bumbardament qawwi fuq il-kwartier ta' San Lorenzo f'Ruma, Piju XII żar l-inħawi milquta, ħruġ eċċezzjonali tal-Papa mill-Vatikan għal dak iż-żmien.
 
Nhar l-4 ta' Ġunju 1944, wara l-liberazzjoni, irċieva fil-Vatikan lis-suldati alleati. Il-Ħadd ta' wara folol kbar ta' Rumani imlew [[Pjazza San Pietru]] biex isellmu mill-qalb lill-Papa, li kien l-unika awtorità li baqgħet fil-kapitali wara t-8 ta' Settembru.
Madankollu ħafna jibqgħu jsostnu li dawn ir-raġunijiet ma humiex biżżejjed biex jiġġustifikaw is-silenzju ta’ Piju XII quddiem l-Olokawst - bħala vigarju ta’ Kristu hu kien fi dmir li jleħħen l-għajta dgħajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha. Għalhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Nażiżmu u l-antisemitiżmu matul it-Tieni Gwerra Dinija għadu sejjer. L-istoriku [[Ġiżwiti|Ġiżwita]] Robert Graham jistqarr li “Fiż-żewġ gwerer, uffiċjali minn diversi pajjiżi riedu li l-Papa jitfa’ il-piż ta’ l-awtorità reliġjuża tiegħu wara l-kawża tagħhom - billi, ngħidu aħna, jikkundanna espressament ċerti atrotiċitajiet ta’ l-għadu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tagħhom hi waħda ġusta u jiskomunika l-mexxejja ta’ l-għadu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ġudizzju morali dirett (min-naħa tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta’ propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reliġjuża għall-paċi min-naħa tas-Santa Sede.” Darba Piju XII stqarr ma’ Montini, li iktar ’il quddiem kellu jkun Pawlu VI, għalfejn hu żamm is-silenzju: “Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta’ dawn l-imsejkna.”
 
F’Marzu 1998, il-Kummisjoni għar-Relazzjonijiet Reliġjużi mal-Lhud ippubblikat id-dokument bl-isem ta’ ''Aħna Niftakru: Riflessjoni fuq ix-Shoah''. Il-Vatikan sejjaħ dan id-dokument dwar l-Olokawst bħala att ta’ ndiema, aktar minn apoloġija. Fost l-oħrajn, f’dan id-dokument insibu li żewġ papiet, Piju XI u Piju XII, ikkundannaw ir-razziżmu u l-anti-semitiżmu. Ix-Shoah kien il-frott ta’ reġim modern u pagan, b’għeruq antisemitiċi u li ppersegwita wkoll il-Knisja Kattolika. Id-dokument jgħid li l-Knisja Kattolika stess jisgħobbiha għall-iżbalji li għamlet u tenna l-kundanna għal kull forma ta’ razziżmu u antisemitiżmu. Id-dokument isejjaħ din id-dikjarazzjoni bħala ''Teshuva'', att ta’ ndiema għax il-Kattoliċi illum wirtu l-ilġiem tad-dnubiet li twettqu fix-Shoah.