Papa Piju XII: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 13:
== 1939-58: Papat ==
 
Fl-1939, fl-istess jum u xahar li fihom twieled: it-2 ta' Marzu, Pacelli kien elett Papa. Huwa kien l-"għażla obbligatorja" għall-ħamsa u sittin kardinal li nġabru fil-konklavi ta’ Frar 1939. Fi żmien fejn id-dinja kienet qed tistenna li tfaqqa’ l-gwerra, il-kardinali riedu xi ħadd li kien midħla sew fit-tradizzjoni tad-diplomazija Vatikana - għalhekk huma għażlu s-Segretarju ta’ l-Istat li kellu Piju XI. Pacelli ħa l-isem ta’ Piju XII.
Fl-1939, fl-istess jum u xahar li fihom twieled: it-2 ta' Marzu, Pacelli kien elett Papa.
 
{{kwota|Insejjaħ lili nnifsi Piju. Ħajti kollha kienet taħt il-Papiet li ġabu dan l-isem, imma l-iżjed bħala sinjal ta’ gratitudni lejn Piju XI.}}
 
=== It-Tieni Gwerra Dinjija u l-Kwistjoni tal-Lhud ===
 
Ġimgħatejn wara l-koronazzjoni ta’ Piju, Hitler invada ċ-[[Ċekoslovakkja]] - pass ’il bogħod minn gwerra dinija. Piju għamel minn kollox biex ibiegħed il-gwerra; hu saħansitra issogra ħajtu meta għamilha ta’ intermedjarju bejn l-[[Alleati]] u l-moviment ta’ reżistenza fil-Ġermanja, li fl-1940 kien qed jippjana li jqum kontra Hitler. Meta l-Italja ddikjarat li hi wkoll ser tidħol fil-gwerra, il-Vatikan ġie f’pożizzjoni kritika. Il-Papa għamel ħiltu sabiex iżomm id-dehra ta’ imparzjalità u b’hekk jevita li l-Vatikan jiġi attakkat bħala stat kompliċi mal-Alleati. Għalkemm Piju kellu stmerrija lejn il-Komuniżmu, hu ma wera l-ebda sens ta’ qbil man-Nażi li pinġew l-attakk fuq ir-Russja bħala gwerra qaddisa antikomunista. Madankollu, Piju XII kellu mħabba speċjali lejn il-poplu Ġermaniż u l-kultura tiegħu, u għalhekk hu ħadem sabiex iġib il-paċi li b’xi mod tirrispetta l-interessi leġittimi tiegħu. U meta l-gwerra daret favur l-Alleati, il-Papa beża’ mill-fatt li l-komunisti kienu ser jirbħu, għalhekk hu ħadem sabiex jintlaħaq ftehim li ma jagħtix rebħa totali la lill-Unjoni Sovjetika u lanqas lill-Ġermanja.
 
Iżda għaliex Piju XII ma kkundannax pubblikament l-atrocitajiet tan-Nażi fl-olokawst? Beża’ wisq li ma jibqax newtrali? M’hemmx dubju li l-Papa kien infurmat biżżejjed dwar x’kien qed jiġri. Madankollu hu żamm is-silenzju. Żgur li għal dan kien hemm xi raġuni. Dawn huma xi raġunijiet possibli:
* biża’ ta’ miżuri aktar iebsa min-naħa tan-Nażi jekk hu jipprotesta; kif ġara fl-Olanda meta l-isqfijiet tkellmu kontra d-deportazzjoni tal-Lhud;
* biex tinżamm in-newtralita` uffiċjali tal-Vatikan;
* it-theddida li n-Nażi jduru kompletament kontra l-Insara wkolll;
* l-għarfien tal-fatt li xejn mhu ser jikkonvinċi r-ras iebsa ta’ Hitler biex jieqaf mis-“soluzzjoni finali” (jiġifieri dik li joqtol lill-Lhud kollha);
* it-tama li l-Knisja tista’ ssalva iktar Lhud minn wara dahar Hitler milli meta tikkundanna l-Olokawst pubblikament. Fil-fatt f’Ruma biss, ’il fuq minn ħamest elef Lhudi ġew miżmuma f’kunventi u monasteri tal-Vatikan. Pinchas Lapide, li kien il-konslu ta’ Israel fl-Italja, jgħid li l-Papa salva madwar 400,000 Lhudi minn mewt żgura.
 
Madankollu ħafna jibqgħu jsostnu li dawn ir-raġunijiet ma humiex biżżejjed biex jiġġustifikaw is-silenzju ta’ Piju XII quddiem l-Olokawst - bħala vigarju ta’ Kristu hu kien fi dmir li jleħħen l-għajta dgħajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha. Għalhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Nażiżmu u l-antisemitiżmu matul it-Tieni Gwerra Dinija għadu sejjer. L-istoriku Ġiżwita Robert Graham jistqarr li “Fiż-żewġ gwerer, uffiċjali minn diversi pajjiżi riedu li l-Papa jitfa’ il-piż ta’ l-awtorità reliġjuża tiegħu wara l-kawża tagħhom - billi, ngħidu aħna, jikkundanna espressament ċerti atrotiċitajiet ta’ l-għadu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tagħhom hi waħda ġusta u jiskomunika l-mexxejja ta’ l-għadu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ġudizzju morali dirett (min-naħa tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta’ propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reliġjuża għall-paċi min-naħa tas-Santa Sede.” Darba Piju XII stqarr ma’ Montini, li iktar ’il quddiem kellu jkun Pawlu VI, għalfejn hu żamm is-silenzju: “Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta’ dawn l-imsejkna.”
 
F’Marzu 1998, il-Kummisjoni għar-Relazzjonijiet Reliġjużi mal-Lhud ippubblikat id-dokument bl-isem ta’ “Aħna Niftakru: Riflessjoni fuq ix-Shoah”. Il-Vatikan sejjaħ dan id-dokument dwar l-Olokawst bħala att ta’ ndiema, aktar minn apoloġija. Fost l-oħrajn, f’dan id-dokument insibu li żewġ papiet, Piju XI u Piju XII, ikkundannaw ir-razziżmu u l-anti-semitiżmu. Ix-Shoah kien il-frott ta’ reġim modern u pagan, b’għeruq antisemitiċi u li ppersegwita wkoll il-Knisja Kattolika. Id-dokument jgħid li l-Knisja Kattolika stess jisgħobbiha għall-iżbalji li għamlet u tenna l-kundanna għal kull forma ta’ razziżmu u antisemitiżmu. Id-dokument isejjaħ din id-dikjarazzjoni bħala ''Teshuva'', att ta’ ndiema għax il-Kattoliċi illum wirtu l-ilġiem tad-dnubiet li twettqu fix-Shoah.
 
=== Enċikliċi ===