Ġużè Aquilina: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 78.133.50.208 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Ralosio
Linja 8:
==Professur tal-Malti==
Aquilina sar l-ewwel Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali, fl-1937, kariga li sfruttaha kemm felaħ għat-tixrid u t-tagħlim tal-ilsien Malti. Niftakru li kien biss tliet snin qabel, fl-1934, li l-Malti sar l-ilsien uffiċjali tal-pajjiż. Bħala student universitarju Aquilina ħadem spalla ma’ spalla mal-Prof [[Pietru Pawl Saydon|Saydon]] fil-ġlieda għall-Malti fi żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa.
Aquilina kiteb diversi studji lingwistiċi dwar l-ilsien Malti, fosthom The Structure of Maltese (1959) u Papers in Maltese Linguistics (1961). F’tal-ewwel jeżamina ż-żewġ elementi li jsawru l-ilsien Malti u kif dawn jingħaqdu flimkien. Fost l-aqwa xogħlijiet tiegħu nsibu l-Maltese English Dictionary (1990) u l-English Maltese Dictionary li ma laħaqx lestieh qabel ma miet. Ġużè Aquilina, li tista’ tgħid waħdu bena d-Dipartiment tal-Malti fl-Università, spiċċa biex sar id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, kariga li żammha għal ħafna snin. Kien jemmen bis-sħiħ fil-libertà intelletwali u fir-riċerka fl-università. Permezz tal-istudji lingwistiċi tiegħu li uħud minnhom ippubblika f’rivisti lingwistiċi Ewropej, huwa wassal il-messaġġ tal-ilsien Malti lil ħafna studjużi barranin li qabel qatt ma kellhom l-opportunità li jkunu jafu l-għerf u l-ġmiel moħbi ta’ lsienna. Kien jagħti taħdidiet dwar l-ilsien Malti f’diversi universitajiet bħal f’Londra, Durham, Cambridge u Edinburgh. Ir-riċerki lingwistiċi tiegħu ġabulu għarfien internazzjonali, fosthom mill-Council of Europe’s Specialised Language Linguists (1967). Fl-1972 ġie elett president tal-International Association of Studies on Mediterranean Civilisations. booooo hahaha
 
== Awtur==