Papa Pawlu VI: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
{{wikizzjunarjuwikifikazzjoni}}
Papa Pawlu VI kien il-262 Papa tal-Knisja Kattolika.
 
== Saċerdot ==
Giovanni Battista Montini twieled f’Concesio, qrib Brescia fl-Italja, fis-26 ta’Settembru 1897. Missieru kien avukat influwenti li kien responsabbli mill-ġurnal lokali. Minn età żgħira kien juri interess kbir fil-kotba u fit-tagħlim. Minħabba saħħtu ma ntgħażilx għas-servizz militari fl-I Gwerra Dinjija. Studja fi Brescia u Ruma, fejn ggradwa fil-liġi ċivili u kanonika, fit-teoloġija u l-filosofija. Ordna qassis fl-1920, Intbagħat jaħdem fin-nunzjatura ta’ Varsavja (1923), u kien id-direttur spiritwali tal-Federazzjoni Kattolika Taljana tal-Istudenti Universitarji (1923-33), li kienu qed jiġu attakkati mill-Faxxisti. Fl-1937 sar assistent fis-segretarjat tal-Istat tal-Vatikan u fl-1952 prosegretarju fis-segretarju tal-istat.