Jum l-Indipendenza (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 5:
Dakinhar, [[Ġorġ Borġ Olivier]] sar l-ewwel [[Prim Ministru ta' Malta]] indipendenti, u bħala l-mexxej il-ġdid, ta bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet f'dan il-jum mill-iktar memorabbli fl-istorja ta' Malta.
 
F'Ġunju tas-sena 1962, Borg Olivier kien għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru 1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-[[Commonwealth]]. Fit-13 ta' Lulju, 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir [[Jum l-Indipendenza (Malta)|indipendenti]]. Kellu diversi taħdidiet mal-Gvern Ingliż. Il-Kostituzzjoni għal Malta Indipendenti għaddiet mill-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta|Parlament]], u approvata mill-poplu f'referendum fi Frar tal-1964.

== Id-Diskors tal-Prim Ministru Borg Olivier ==

Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-[[Furjana]], huwa u jindirizza lill-[[Prinċep Filippu]], Duka ta' Edinbera:
 
{{kwota|Jekk jogħġob lill-Altezza Irjali tiegħek għan-nom tal-Gvern u tal-Poplu ta' Malta jien noffri r-ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl-ordni tal-Maesta' Tagħha tajtni d-dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l-Indipendenza ta' Malta.
Line 21 ⟶ 25:
 
L-indipendenza tfisser illi rridu naħdmu forsi aktar u aktar bil-qalb għaliex irridu nagħtu prova lid-dinja illi l-indipendenza li ksibna aħna verament nimmeritawha, nafu naħdmu demokratikament, nafu lill-poplu tagħna mmexxuh lejn il-bon ordni u l-liġi fil-pajjiż, lejn il-prosperità ekonomika, lejn il-ġid tagħna, ta' wliedna u ta' wlied uliedna.}}
 
== Id-Diskors tad-Duka ta' Edinbera ==
 
L-għada it-22 ta’ Settembru sar id-Diskors mit-Tron, mill-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinbera fl-Okkażjoni tal-Ftuħ tal-Parlament:
Line 54 ⟶ 60:
Nifraħ lill-poplu tiegħi talli rnexxielu jakkwista l-indipendenza u nitlob ’il Alla biex ibierek lil dawn il-Gżejjer u jiggwidahom lejn il-kuntentizza u l-prosperità.}}
 
== Il-Kontroversja fuq il-Jum Nazzjonali ==
Eventwalment Malta saret [[Jum Ir-Repubblika (Malta)|Repubblika]] fit-[[13 ta' Diċembru]], [[1974]], u kisbet l-awtonomija assoluta fit-[[31 ta' Marzu]], [[1979]], fl-hekk imsejjaħ, [[Jum il-Ħelsien (Malta)|Jum il-Ħelsien]].
 
Eventwalment, taħt gvernijiet Laburisti, Malta saret [[Jum Ir-Repubblika (Malta)|Repubblika]] fit-[[13 ta' Diċembru]], [[1974]], u kisbet l-awtonomija assoluta fit-[[31 ta' Marzu]], [[1979]], fl-hekk imsejjaħ, [[Jum il-Ħelsien (Malta)|Jum il-Ħelsien]]. Fl-1987, kien ġie deċiż li Malta jkollha ħames festi nazzjonali.
 
Nhar is-16 ta' Settembru 2009 il-Prim Ministru [[Lawrence Gonzi]] ippropona li Jum l-Indipendenza għandu jkun il-Jum Nazzjonali ta’ Malta minflok ma jkollna ħames festi nazzjonali<ref>[[http://www.maltarightnow.com/Default.asp?module=news&t=a&aid=99814991&cid=19 "Gonzi jipproponi Jum l-Indipendenza bħala l-Jum Nazzjonali ta’ Malta" at maltarightnow.com]</ref>. Meta intervistat mill-ġurnal ''Illum'', l-istoriku Henry Frendo, fisser kif mir-riċerki tiegħu, jirriżulta li
 
{{kwota|Il-maġġoranza ta’ eks kolonji jiċċelebraw bħala l-Jum Nazzjonali tagħhom dik il-ġurnata li fiha jkunu kisbu l-Indipendenza mill-imperu li kien jokkupahom... Dan ġara wkoll f’Malta li saret pajjiż indipendenti fil-21 ta’ Settembru 1964. Malta ġiet rikonoxxuta bħala stat ġdid indipendenti u ssieħbet bħala membru sħiħ tal-komunità internazzjonali f’bosta istituzzjonijiet, fosthom il-Ġnus Magħquda u ftit wara l-Kunsill tal-Ewropa... Il-punt tat-tluq li mingħajru ma setgħux iseħħu dawn l-avvenimenti (ir-Repubblika u l-Ħelsien) storikament jibqa’ bilfors dak ta’ meta Malta kisbet l-Indipendenza u ma baqgħetx kolonja titlob il-permess tas-sid biex tagħmel jew ma tagħmilx xi ħaġa, pereżempju biex Borg Olivier jitħalla jiltaqa’ ma’ Kennedy fl-1963... L-Indipendenza ppermettiet diversi tranżisizzjonijiet u bidliet skont il-prijorità ta’ min kien imexxi... Xi ħaġa li ma tingħadx hi li [[Dom Mintoff|Mintoff]] u l-Partit Laburista kellhom sehem kbir fil-kisba tal-Indipendenza fl-1964: kieku mhux għax Mintoff u Borg Olivier it-tnejn riduha lanqas kienet tiġi. Bażikament il-partiti l-oħrajn kienu kontra...}} <ref>[[http://www.illum.com.mt/2009/09/27/t15.html "L-istoriċi jiddwellaw dwar il-Jum Nazzjonali" at illum]</ref> }}
 
Mhux tal-istess fehma l-Professur Godfrey Pirotta, li sostna li ma setax jaqbel mal-proposta ta' Gonzi,