Ġlormu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: San Ġirolmu (347-430) kien saċerdot Nisrani u wieħed mis-Santi Padri, imsejħin Apoloġisti. Magħruf l-aktar għat-traduzzjoni tal-Bibbja għal-Latin imsejħa il-Vulgata. Bin Ews...
 
No edit summary
Linja 41:
Ftit wara li Ġirolmu telaq minn Ruma, telqu wkoll Pawla u bintha Ewstokjo li mbagħad laħquh f’Reggio Calabria. Minn hemm marru flimkien sa Ċipru fejn qagħdu għand Epifanju ta’ Salamina li kien ħabib tagħhom. Wara marru Antijokja u qagħdu għand Evagriju, ħabib antik ta’ Ġirolmu. Aktar tard telqu lejn l-Eġittu fejn il-matruna Pawla tat xi flus lir-reliġjużi ta’ hemm wara li ħallewha ‘dduq il-ġenna tal-eremiti’ Eġizzjani. Fl-istess okkażjoni Ġirolmu ġie f’kuntatt mal-injożi Oriġenista jew l-għarfien tal-misteri spiritwali li kellu Didimu l-Għami taħt l-influwenza tat-tagħlim ta’ [[Oriġene]].
 
=== Ħajja Monastika f'Betlehem ===
 
Fis-sajf tas-sena 386 twaqqfet komunità axxetika għall-irġiel u oħra għan-nisa f’[[Betlehem]] taħt id-direzzjoni spiritwali ta’ Ġirolmu. Huma kienu ’l bogħod kemm mill-istorbju tal-belt ta’ Ġerusalemm u kemm mill-Għolja taż-Żebbuġ fejn kien hemm il-komunita’ axxetika ta’ Rufinu u dik tan-nisa li magħhom kienet tgħix il-benefattriċi tiegħu Melanja. Jidher li Ġirolmu fittex li fil-komunitajiet tiegħu tal-irġiel u tan-nisa jkun hemm l-ispiritwalita’ ta’ Oriġene. Il-monasterju tan-nisa baqa’ jitmexxa tista’ tgħid għal kollox bil-mentalita’ Rumana. Fil-fatt il-monasteru kien maqsum fi tliet klassijiet ta’ reliġjużi, skond il-klassi soċjali li minnha kienu ġejjin il-membri femminili. Barra minn dan kellhom foresterija biex iżommu hemm il-pellegrini u l-mistednin tagħhom. Ftit ’il bogħod mill-monasterju ta’ Ġirolmu kien hemm il-biblioteka eċċezzjonali ta’ Ċesarija, li kienet twaqqfet minn Oriġene u wara miżjuda b’ħafna manuskritti oħra minn Ewsebju.
Linja 49:
Fis-sena 393 wieħed jismu Atarbju beda jdur il-monasterji u jitlob lir-reliġjużi li jiffirmaw dikjarazzjoni kontra Oriġene li kien ilu mejjet mis-sena 253. Ġirolmu qabad u ffirma, imma Rufinu ma ffirmax. Imbagħad fil-festa tad-Dedikazzjoni tal-Qabar Imqaddes, f’Settembru tas-sena 393, Epifanju ta’ Salamina għamel serje ta’ omeliji u fl-aħħar, fir-rebbiegħa tas-sena 394, ordna lil Pawlinjanu, ħu Ġirolmu, biex jiddisprezza d-drittijiet tal-isqof tal-post. Ftit wara ġiet l-iskomunika ta’ Ġirolmu. Fl-Għid tas-sena 397, wara li kien għamel penitenza u ta l-paċi lil Rufinu, Ġirolmu kien rikonċiljat mal-Knisja.
 
=== Il-Vulgata ===
 
żgur li isem San Ġilormu jibqa’ marbut mat-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja u l-istudju tagħha. Ħbiebu nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill-oriġinal tal-Iskrittura kollha, ħidma kbira li swietlu tlieta u għoxrin sena minn ħajtu u li diversi drabi kien se jaqta’ qalbu minnha, iżda t-tenaċita tiegħu ta’ studjuż għenitu biex iwassalha sa tmiem, xi ħaġa li ġrat ukoll lill-Professur [[Pietru Pawl Saydon]] li elf u ħames mitt sena wara daħal waħdu għall-istess biċċa xogħol meta qaleb l-Iskrittura mill-oriġinal għall-Malti.
Linja 67:
Fl-arti, San Ġilormu ħafna drabi huwa rappreżentat bħala wieħed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' [[Santu Wistin]], [[Sant' Ambroġ]] u [[San Girgor il-Kbir]]. Billi għal xi żmien kien Segretarju tal-Papa, jiġi raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' [[Kardinal|kardinal]]. Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mneżża', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell aħmar tal-kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju. Spiss jiġi raffigurat ma' [[Iljun|ljun]], ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta' ljun - Skond il-leġġenda, darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil-klassi. Id-dixxipli kollha għosfru, iżda Ġilormu neħħielu xewka minn siequ u infaxxahielu, u bħala ringrazzjament l-iljun baqa' miegħu ghal dejjem.- u ġieli ma' [[Kokka|kokka]] simbolu tal-għerf u l-istudju. Strumenti tal-kitba u t-tromba tal-ġudizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tiegħu.
 
=== San Ġilormu tal-Caravaggio ===
 
''San Ġilormu'' li tinsab fl-Oratorju tal-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], il-Belt [[Valletta]] hija pittura tat-Taljan Michelangelo Merisi da [[Caravaggio]] u saret fl-1607 jew 1608. Pittura oħra ta' San Ġilormu tal-Caravaggio hija dik li hemm fil-Galleria Borghese f'[[Ruma]] li saret sena jew sentejn qabel dik ta' Malta.
Linja 76:
 
* [http://www.drbo.org/lvb/ Il-''Vulgata'' sħiħa]
 
* [http://www.stjohnscocathedral.com/caravaggio/saint-jerome-writing.html Il-Pittura ta' San Ġilormu tal-Caravaggio f'Malta]
 
* [http://www.catholicherald.co.uk/features/2010/07/29/the-friar-and-the-caravaggio-thieves/ Intervista ma' Patri Marius Zerafa fuq is-serqa tal-pittura ta' San Ġilormu]