Manwel Dimech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 94:
Henry Frendo kien għażel lil Manwel Dimech bħala t-tema tat-teżi tiegħu għal-lawrija. F'Jannar 1971, Frendo beda jikteb għadd ta' artikli dwar Dimech f' ''Il-Ħajja'' ,li tagħha kien editur. L-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] ma riedx li dawn l-artikli jibqgħu jidhru u hekk ġara. Fl-1971 Frendo pprubblika t-teżi tiegħu bl-Ingliż fuq Dimech bl-isem ''Birth Pangs of a Nation''. Fl-1978 ippubblikaha bil-Malti fil-ktieb ''Lejn Tnissil ta' Nazzjon''.
===Mark Montebello===
Fl-2004, il-patri Dumnikan studjuż [[Mark Montebello]] ħareġ il-bijografija monumentali '''Dimech''', ktieb ta' 576 paġna b'daqs kbir ta' 280 X 198 millimetri. Fl-2006, ħareġ edizzjoni mqassra tal-ktieb bl-isem "Jien Manwel Dimech" li fih jistħajjel lil Dimech qed jirrakkonta ħajtu fl-ewwel persuna lill-qarrej. Fl-2010 ħareġ is-CD "[http://www.youtube.com/watch?v=CheypL0nQXI&feature=related Manwel Dimech - Fi Kliemi]". Montebello jsostni l-Knisja f'Malta għandha tagħmel apoloġija lil Manwel Dimech għall-mod kif trattatu.
 
===Monument===
Nhar l-1 ta' Mejju 1976 inkixef il-monument ta' Manwel Dimech, xogħol sabiħ tal-iskultur [[Anton Agius]], fil-pjazza ta' quddiem Kastilja mill-Ministru [[Lorry Sant]].