Kartaġni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m robot Adding: arz:قرطاجه
No edit summary
Linja 1:
{{stub|Storja}}
Il-'''Kartaġiniżi'' kienu n-nies tal-belt ta' ''Kartaġni'', (mill-[[feniċi|puniku]] ''Qart-Hadasht'', li tfisser "Belt Ġdida"). Kartaġni kienet belt fl-Afrika ta' Fuq, fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-għadira ''Tuneż'', ftit il-barra mill-belt moderna ta' Tuneż, fit-Tuniżija.
 
Madwar is-sena 814 [[QK]], Kartaġni nbniet minn kolonji [[feniċi]] mill-belt ta' Tiru, u ġiet dedikata lil alla ''Melkart''. Fil-leġġendi naraw li din il-belt twaqqfet minn Dido, u numru ta' stejjer differenti għadhom ħajjin fil-letteratura griega u [[Imperu Ruman|Rumana]].
 
 
L-ewwel snin ta' Kartaġni kienu kkaratterizzati bi problemi bejn is-sidien ta' l-art u s-sidien tal-iġfna. Is-soltu, minħabba d-dipendenza tal-belt fuq il-kummerċ marittimu, is-sidien tal-iġfna kienu jikkontrollaw il-gvern, u matul is-sitt seklu [[QK]], Kartaġni bdiet tiddomnina l-[[Baħar Mediterran|Mediterran tal-Punent]]. Merkanti u esploraturi waqqfu għaqda kbira ta' rotot kummerċjali, u Kartaġni bdiet issir sinjura u b'saħħita. Fil-bidu tas-6 seklu [[QK]], ''Hanno in-Navigatur'' hu maħsub li vjaġġa mad-dawra tal-Afrika, jista' jkun li wasal sa s-Sierra Leone. Sadanittant, taħt mexxej jismu Malchus, il-belt bdiet tiddomina ix-xtut ta' fuq tal-Afrika u l-intern tat-Tuniżija.
 
Fil-bidu tal-5 seklu [[QK]], Kartaġni kienet iċ-ċentru tal-kummerċ tar-reġjun, pożizzjoni li żammet sakemm il-belt ġiet attakkata u inkorporata fir-Repubblika Rumana, fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika. Kartaġni kienet ħadet il-kolonji l-qodma tal-[[Feniċi]], kolonji bħal Hadrumetum, Utica u Kerkouane, flimkien mat-tribujiet Libjani, b'firxa minn partijiet tal-Marokk sal-fruntiera mal-Eġittu. L-influwenza tagħha kienet xterdet mal-[[Baħar Mediterran|Mediterran]] kollu, bil-kontroll ta' Sardinja, [[Malta]], il-gżejjer Baleariċi u x-xaqliba tal-punent ta' [[Sqallija]]. Wara l-Ewwel Gwerra Punika twaqqfu kolonji f'Iberia (Spanja), l-iktar famuża fostom ''Kartaġena''.
 
{{Storja}}
 
[[Kategorija:Storja]]
 
{{Link FA|nl}}