Partit Nazzjonalista (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 22:
Sa l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Tal-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan-nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill.
 
== Wara l-[[Ewwel Gwerra Dinija]] ==
 
Immedjatament wara l-Ewwel Gwerra Dinija l-Partit ittrasforma ruħu f'koalizzjoni usa' bl-isem ta' Unjoni Politika Maltija. Grupp aktar radikali u pro-Taljan, immexxi minn Dott. [[Enrico Mizzi]] (iben Fortunato), bl-isem ta' "Partit Demokratiku Nazzjonalista" nqata' minn mal-Partit il-kbir. Iż-żewġ gruppi kkontestaw l-ewwel elezzjonijiet għall-Assemblea Leġislattiva ([[1921]]) separatament biex ma jtellfux 'l xulxin. Imma wara l-elezzjonijiet li fihom l-Unjoni ħarġet bħala l-akbar Partit imma mingħajr maġġoranza parlamentari din għażlet li tidħol f'koalizzjoni mal-Partit Laburista. L-ewwel Prim Ministri f'din il-Leġislatura, [[Joseph Howard]] u Dott. [[Francesco Buhagiar]], kienu t-tnejn mill-Unjoni.