Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 20:
Dun Ġorġ kien iħobb jirrakkonta din id-dehra li kellu: Jgħid li darba kien għaddej minn ħdejn is-salib tal-Marsa u hemm jara tifel ta’ tnax-il sena qed jiġbed b’ħabel isfar karru b’roti baxx iżda sodi li fuqu kellu qoffa mimlija żibel. It-tifel resaq lejn Dun Ġorġ u b’ton ta’ kmand qallu: “Agħtini l-għajnuna.” U Dun Ġorġ, kollu umilta’, la qagħad iqis li kien bis-suttana u bil-kappell ta’ qassis u lanqas x’jistgħu jgħidu n-nies fuqu, medd idu u beda jinbotta. U dak il-ħin ħakmitu ħlewwa tas-sema li ma setax ifisser u fl-għaxija sab ruħu d-dar bla ma jaf fejn wassal lit-tifet li kien jinbottalu l-karru, jekk hux Ħal Qormi, il-Ħamrun jew band’oħra. Biss, meta qagħad jaħseb fuq dil-biċċa, Dun Ġorġ beda jgħid: “Dak it-tifel ta’ tnax-il sena kien bħal Ġesu’ ta’ tnax-il sena jiddisputa fit-tempju; iż-żibel hu mxebbah minn Kristu mat-tagħlin bħalma d-demel ikabbar il-pjanti it-tagħlim ikabbar lir-ruħ. Il-ħabel isfar hu l-għaqda mal-Papa u l-karru b’roti baxxi iżda sodi ma tistax tkun ħaġ‘oħra ħlief is-soċjeta’ tal-Museum. Jien ninbotta l-karru u Ġesu’ jimxi quddiem. Hu jgħaddina minn fuqiex irid - fjuri jew tajn! Għalhekk fid-diffikultajiet hu Kristu li qed imexxi u jien u s-soċi ninbuttaw il-karru tiegħu!”
 
== Termini użati mis-SoċjetaSoċjetà tal-MUSEUM ==
''Qasam'' huwa ċ-ċentru jew dar tat-tagħlim fejn jiltaqgħu t-tfal, iż-żgħażagħ u l-membri għal-laqgħat tagħhom; Dun Ġorġ ħa dan it-terminu mill-ħajja tar-raba', fl-inkwadratura tas-sejħa ta' Kristu għall-“ħaddiema fil-ħsad tiegħu”. Qasam jiftaħ kuljum barra nhar t’Erbgħa, għax dakinhar il-membri jkollhom laqgħa flimkien fid-Dar Ġenerali tagħhom, il-Blata l-Bajda.
 
Linja 27:
''Soċji'' hija kelma oħra flok membri tal-MUSEUM. Biex tkun soċju trid tkun għalaqt it-18-il sena u ġejt inkorporat fis-Soċjeta b'ċeremonja apposta.
 
''Assenjatur'': Kuljum wara l-laqgħat tat-tfal, is-soċji jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' studju u talb.
 
== Id-Dar Ġenerali u l-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża ==