Soċjetà tad-Duttrina Nisranija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 41:
Il-Librerija Preca fil-Blata l-Bajda twaqqfet fl-1973 mis-Soċjetà tal-MUSEUM biex tagħti servizz lill-membri tagħha stess fit-taħriġ, preparazzjoni u mezzi ta’ għajnuna għall-kateketika, bħalma huma visual aids, katekiżmi, kotba ta' qari spiritwali, u rigali reliġjużi. Aktar ’il quddiem, din kibret u estendiet is-servizz tagħha lill-pubbliku inġenerali. Fiha wieħed isib għażla vasta ta’ materjal kemm bħala qari kif ukoll għal rigali u tifkiriet oħra. Dawn jinkludu CDs, DVDs, enċikliki, kotba għat-tfal ta’ età primarja, għall-pre-adolexxenti, żgħażagħ, għarajjes, koppji, trobbija ta’ tfal, anzjani, posters, bookmarks, u ħafna oħrajn. Qabel il-qligħ, l-għan prinċipali tal-Librerija Preca hu li l-messaġġ reliġjuż jinxtered u jidħol fid-djar Maltin.
 
 
== Superjuri Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM ==
 
* Ewġenju Borg (1911 - 1967)
 
* Francesco (Ċikku) Saliba (1967 - 1983)
 
* Victor Delicata (1983 - 2009)
 
* Natalino Camilleri (2009 - )
 
Sal-2009, is-Superjur Ġenerali kien ukoll is-Superjur Reġjonali ta' Malta. Dan ma baqax hekk wara r-riżenja ta' Delicata fl-2009.
 
 
== Pubblikazzjonijiet ==
 
* Kalendarju Museumin, Kalendarju Museumin, rivista ta’ kull xahrejn għall-membri.
* Gwida għal Min Jgħallem, rivista kateketika ta’ kull xahrejn.
* Xehda Għasel, rivista għat-tfal u żgħażagħ ta’ kull xahrejn.
* Rivista ta’ Spiritwalità, toħroġ kull tliet xhur.
* Dun Ġorġ, Rivista dwar San Ġorġ Preca, toħroġ darbtejn fis-sena.
* Preca Calling, rivista bl-Ingliż għall-Membri barra minn Malta, kull tliet xhur.
* Il-Paċi Magħkom – ġurnalin ta’ kull xahrejn għal kulħadd.
 
== Links Esterni ==