Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 125:
 
{{kwota|Fis-Soċjetà moderna huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-komunità politika u l-Knisja. In-natura stess tal-Knisja tesiġi li din ma tindaħalx fil-politika. L-Awtorità tal-Knisja għandha d-dmir u l-jedd li tħares l-interess spiritwali u temporali tagħha, u meta jkun hemm il-bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji tajba u ħżiena. Il-Knisja ma timponix id-dnub mejjet bħala ċensura. Bil-pjaċir kollu niddikjaraw li fl-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II ir-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Malta Labour Party tjiebu ħafna. Nittamaw li bil-għajnuna ta’ Alla ’l quddiem din ir-rieda tajba sservi biex issaltan il-paċi fostna.}}
 
=== Mintoff u Gonzi ===
 
Wara li Dom Mintoff tela' fil-Gvern fl-1971, ir-relazzjoni bejnu u l-Arċisqof Gonzi tjiebet ħafna. Gonzi kien anki ta' għajnuna għall-Gvern Laburista tas-sebgħinijiet. Meta fid-19 ta' Ġunju 1998, Mintoff fil-Parlament qal hekk:
 
{{kwota|ll-poplu tagħna jaf kemm iġġieled miegħi Gonzi. Lili hu tani l-iskomunika, u n-neputi tiegħu li qiegħed hawn jaf imma żgur qatt ma semagħni ngħid xi ħaġa personali kontra tiegħu għax l-affarijiet personali m'għandhomx x'jaqsmu. U malli Gonzi bidel l-ideat tiegħu u beda jimxi magħna, jien sirt ħabib tiegħu u tgħidx kemm iddefendejtu kontra l-Arċisqof tal-lum ([[Ġużeppi Mercieca]]). Jiena ma ridtx li jkollna l-Arċisqof tal-lum imma ridt li jibqa' Gonzi. Forsi neputih din ma kienx jafha imma jiena lil Gonzi ddefendejtu quddiem il-Papa [[Papa Pawlu VI|Pawlu VI]] biex iħallih hemmhekk għaliex kienu se jneħħuh. Kienu jgħidulu żmagat imma dan ma kien veru xejn. Kien trux, bħalma qed nittarrax jien, imma naħseb li ħadd minnkom li qed tisimgħuni hawnhekk m'hu se jgħid li sema' lil dak l-iżmagat! U hekk ukoll jien ma kontx ngħid li Gonzi huwa żmagat imma li huwa trux.}} (Dibattitu fil-Parlament, 19 ta' Ġunju 1998)
 
== Sorsi ==