Id-Dsatax-il Emenda għall-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 12:
Nhar id-9 ta' Jannar, 1918, il-President [[Woodrow Wilson]] ħabbar li kien jappoġġa din l-emenda. L-għada, il-[[Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti|Kamra tar-Rappreżentanti]] għaddiet bi ftit din l-emenda, imma s-[[Senat tal-Istati Uniti|Senat]] irrifjuta li jiddibattiha sa Ottubru. Meta s-Senat ivvota fuq din l-emenda f'Ottubru, din falliet bi tliet voti.
 
B'riżultat t'hekk, il-''Partit Nazzjonali tan-Nisa'' ħeġġeġ liċ-ċittadini sabiex fl-elezzjonijiet tal-1918 jivvutaw kontra Senaturi li kienu kontra s-[[suffraġju]] għall-elezzjonijiet tal-1918. Wara dawn l-elezzjonijiet, ħafna membri tal-Kungress kienu favur is-suffraġju. Fil-21 ta' Mejju, 1919, il-Kamra tar-Rappreżentanti għaddiet din l-emenda b'vot ta' 304 favur u 89 kontra u s-Senat fl-4 ta' Ġunju vvota 56 favur u 25 kontra.
 
Fit-18 ta' Awwissu, 1920, l-Assemblea Ġenerali ta' Tennessee saret is-sitta u tletin leġislatura tal-istat li rratifikat din l-emenda proposta, biex din saret id-Dsatax-il Emenda tal-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti.