John O'Shea: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 35:
== Karriera ==
 
O'Shea, wara li kompla l-iskola f'Waterfod u tejjeb it-teknika tiegħu fil-futbol mal-klabbs lokali ta' Ferrybank AFC u Bohemians, hu mar lejn [[Manchester]] biex ingħaqad ma' [[Manchester United FC|Manchester United]] wara li qatta' sjuf jivvjaġġa għall-Ingilterra bil-ferrovija mal-akkademja. Hu ffirma kuntratt professjonali f'età ta' 17-il sena, u d-debutt professjonali kien fis-sena 1999 kontra [[Aston Villa FC|Aston Villa]] f'[[Villa Park]]. Wara self mat-timijiet ta' [[AFC Bournemouth|Bournemouth]] u [[Royal Antwerp FC|Royal Antwerp]], hu rritorna Manchester biex jibda' jkun plejer mal-ewwel tim għall-istaġun 2002–03, fejn wera il-versatilità ta' logħob fosthom fin-naħa leminija, xellugija u dik ċentrali tad-difiża u anki fil-pożizzjoni ċentrali ta' nofs il-grawnd matul l-istaġun tas-suċċess fil-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2002-032002–03|kampanja tal-Premiership 2002–03]].
 
John O'Shea kiseb l-ewwel apparenza mat-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda|tim nazzjonali Irlandiż]] fil-15 ta' Awissu 2001 meta daħal bħala sostitut fl-84 minuta kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja|Kroazja]]. Id-debutt kien wieħed diżappuntanti minħabba li rregala penalty fil-ħin miżjud, li rriżulta bl-Irlanda titlef il-vantaġġ u l-partita tispiċċa 2–2.
 
Fl-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2004-052004–05|istaġun 2004–05]] ma tantx wera l-aqwa forma tiegħu u kien hemm għajdut li l-Irlandiż seta' jitlaq minn Manchester, b'[[Newcastle United FC|Newcastle United]] u [[Liverpool FC|Liverpool]] kienu fost l-interessati. Waħda minn fost il-ftit okkażjonijiet denji ta' nota għal dak l-istaġun kemmxejn diżappuntanti ta' United kienet ir-rebħa barra minn darhom ta' 4–2 fuq [[Arsenal FC|Arsenal]], fejn O'Shea skorja r-raba' gowl meta qabbeż fuq il-gowler ta' Arsenal [[Manuel Almunia]] minn tarf il-kaxxa.
 
Iż-żmien barra mil-logħob ta' [[Gary Neville]], taw lil O'Shea aktar opportunitajiet mal-ewwel tim fl-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2005-062005–06|istaġun 2005–06]]. Hu kien ikkritikat għall-prestazzjonijiet negattivi, u kien ġie rappurtat li kien wieħed mill-plejers li kienu ġew ikkritikati mill-veteran ta' United, [[Roy Keane]], f'intervista kontroversjali fuq l-istazzjon televiż tal-klabb [[Manchester United TV|MUTV]].
 
Fl-4 ta' Fra 2007, waqt il-logħba tal-kampjonat kontra [[Tottenham Hotspur FC|Tottenham Hotspur]], O'Shea ħa post [[Edwin van der Sar]] bejn il-lasti hekk kif van der Sar kellu joħroġ barra mill-grawnd minħabba li kien kiser imnieħru, u Manchester United kienu diġà wżaw it-tliet sostituzzjonijiet kollha. Matul dan il-ħin hu rnexxielu jopponi lill-kompatrijott oppost, [[Robbie Keane]], milli jiskorja b'salvataġġ bi ftit minuti mit-tmiem. Wara dan l-inċident, il-partitarji ta' United kantaw fuq it-tribuni tal-istadju "''Ireland's number one''" ("L-ewwel wieħed tal-Irlanda") ''ad unur'' ta' O'Shea.
 
Xahar wara hu rebaħ bil-kbir fuq il-benjamini ta' United wara li skorja gowl fil-ħin miżjud kontra r-rivali eterni [[Liverpool FC|Liverpool]] f'[[Anfield]] fil-kampjonat, wara li kien daħal bħala sostitut għal [[Wayne Rooney]]. Dan il-gowl kien importanti għal United fi triqithom biex jiksbu t-trofew tal-Premiership għall-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2006-072006–07|istaġun 2006–07]]. Hu wkoll salva lit-tim kontra [[Everton FC|Everton]] fl-aħħar partita tal-istaġun meta l-gowler ta' Everton [[Iain Turner]] ma kkontrollax il-ballun minn corner ta' [[Ryan Giggs]], u hu tefa' l-ballun fix-xibka. United ħarġu 4–2 rebbieħa. Dan kien gowl aktar deċiżiv, hekk kif [[Bolton Wanderers FC|Bolton]] kienu qegħdin pari ma' [[Chelsea FC|Chelsea]] fl-istess ħin u telfa kien jerġa' jitfa' lil Chelsea fit-tellieqa għar-rebħ tat-titlu.<ref>[http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/eng_prem/6578823.stm BBC Sport: Everton 2-4 Manchester United]</ref>
 
Matul l-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2007-082007–08|istaġun 2007–08]], Manchester United użaw lil O'Shea bħala attakkant ta' emerġenza minħabba problemi ta' plejers barra minħabba li kienu mweġġa. L-użu tiegħu bħala attakkant tatu d-distinzjoni li lagħab f'kull pożizzjoni għal Manchester United.
 
Fit-23 ta' Novembru 2007, John O'Shea estenda l-kuntratt ma' Manchester United, li b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2012. O'Shea ingħata l-faxxa ta' [[kaptan (futbol)|kaptan]] għall-ewwel darba, fit-telfa li Manchester United sofrew kontra [[Coventry City FC|Coventry City]] fir-raba' rawnd tal-[[Football League Cup|League Cup]] bl-iskor ta' 2–0 biż-żewġ gowls jaslu min-nazzjonali Malti [[Michael Mifsud]].
 
Matul l-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2008-092008–09|istaġun 2008–09]], O'Shea sar regulari fi ħdan it-tim, fejn kien is-sostitut ideali għal [[Wes Brown]] u [[Gary Neville]], li t-tnejn kienu mweġġgħin. O'Shea beda l-finali tal-[[Football League Cup|League Cup]] 2009, qabel ma' [[Nemanja Vidić]] ħadlu post fis-76 minuta, b'United joħorġu 4–1 rebbieħa bil-[[għoti tal-penalties|penalties]]. Fid-29 ta' April 2009, O'Shea skorja l-ewwel gowl tal-partita mill-ewwel leg tas-semifinali tal-[[UEFA Champions League 2008–09|UEFA Champions League]] kontra [[Arsenal FC|Arsenal]], li ħejja t-triq għall-progress għall-finali, wara skor aggregat ta' 4–1 wara t-tieni leg. Fil-finali tal-istess kompetizzjoni, O'Shea lagħab id-disgħin minuta fil-konfront kontra [[Barcelona FC|Barcelona]], li rriżultat f'telfa ta' 2–0 għat-tim Ingliż.<ref>[http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/teams/m/man_utd/8059180.stm BBC Sport: O'Shea picked to start Euro final]</ref>
 
O'Shea libes il-faxxa ta' [[kaptan (futbol)|kaptan]] għall-ewwel darba fl-ewwel partita tal-[[KampjonatPremier tal-futbolLeague Ingliż 2009-102009–10|istaġun 2009–10]] kontra [[Birmingham City FC|Birmingham City]], waqt li ċċelebra t-350 logħba tiegħu bil-flokk tal-United kontra [[Stoke City FC|Stoke City]] fid-29 ta' Settembru 2009, bl-ewwel gowl tiegħu f'iktar minn sentejn.<ref>{{ċita web|url=http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/8274859.stm|titlu=Saturday football as it happened |editur=BBC Sport|awtur=Caroline Cheese|data=26-09-2009|aċċess=26-09-2009|lingwa=Ingliż}}</ref>
 
== Unuri ==