Premju Nobel: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
{{stub}}
Il-'''Premju Nobel''' (''Nobelpriset'' bl-Iżvediż) huwa unur internazzjonali li jingħata ta' kull sena mill-gvern [[Żvezja|Żvediż]]. Il-premju jingħata lil persuni li jkunu ddistingwew ruħhom fid-diversi oqsma ta' għarfien, "li ġabu benefiċċji sostanzjali lill-umanità" bir-riċerki, skoperti u invenzjonijiet, bix-xogħol letterarju tagħhom, jew bl-impenn li urew lejn il-paċi fid-dinja.
 
Line 24 ⟶ 23:
 
Mill-1968, bi qbil mal-Fondazzjoni Nobel, il-[[Bank tal-Iżvezja]] (Sveriges Riksbank) beda jagħti wkoll il-[[Premju Nobel għall-Ekonomija]]. Minħabba li dan il-premju m'għandu l-ebda għeruq mix-xewqat ta' Nobel u ma jiġix iffinanzjat mill-fondi tal-familja Nobel, teknikament ma jistax jiġi kkunsidrat bħala premju Nobel (il-membri attwali tal-familja ma jaċċettawx bħala wieħed). Mill-1968 ġie deċiż li ma jiġux miżjuda iktar kategoriji ma' dawk preżenti.
 
== Kritika ==
[[Stampa:Henry Kissinger.jpg|thumb|upright|right|Meta [[Henry Kissinger|Kissinger]] ġie ppremjat il-Premju Nobel għall-Paċi żewġ membri tal-Kumitat Nobel Norveġiż irriżenjaw bi protesta.]]
Il-Premju Nobel matul l-istorja ma kienx nieqes mill-kritika, partikularment fl-istorja riċenti tiegħu. L-iktar kritika li tingħata hi fuq kif l-għotja tal-premju ma ssirx minħabba l-merti tar-rebbieħ imma għall-"kumdita" politika ta' dan tal-aħħar, sakemm twassal sabiex il-Premju Nobel isir wieħed politiku.
 
Wieħed mill-aktar premjijiet kontroversjali kien dak tal-[[Premju Nobel għall-Paċi]] tal-2009 li ngħata lil [[Barack Obama]]. In-nominazzjonijiet kienu għalqu ħdax-il ġurnata wara li Obama kien beda uffiċjalment il-kariga ġdida tiegħu ta' President tal-Amerika. Obama stess stqarr li hu ma ħassx li kien jixraqlu dan l-unur. Dan il-premju lil Obama, flimkien ma' dawk li ngħataw preċedentament lil Jimmy Carter u Al Gore, wasslu għal akkużi ta' preferenzi [[Xellug (politika)|xellugija]].
 
Fost l-aktar Premju Nobel għall-Paċi kkritikat kien dak ta' [[Henry Kissinger]] u [[Lê Ðức Thọ]], li aktar tard irrifjutaw dan il-premju. Dan wassal sabiex il-membri tal-Kumitat Nobel Norveġiż irriżenjaw. Ir-raġuni wara l-għotja tal-premju lil Kissinger u Thọ kien li kienu qabblu li jwaqqfu l-ġlied bejn il-[[Vjetnam ta' Fuq]] u l-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti]] f'Jannar tal-1973. Madanakollu, meta dan il-premju ġie mħabbar l-ostilità bejn dawn iż-żewġ naħat kienet għadha hemmhekk. Ħafna kritiċi kienu tal-opinjoni li Kissinger kien aktar responsabbli li kabbar il-gwerra milli li prova jagħmel paċi.
 
[[Yasser Arafat]], [[Shimon Peres]], u [[Yitzhak Rabin]] irċevew il-Premju tal-Paċi fl-1994 għall-isforzi tagħhom sabiex tinkiseb il-paċi bejn l-[[Iżrael]] u l-[[Palestina]]. Skont il-ġurnalista Caroline Frost numru ta' kwistjonijiet, fosthom il-kundizzjoni gravi tar-refuġjati Palestinjani, ma ġewx indirizzati u ma ġiet stabbilita ebda paċi permanenti bejn l-Iżrael u l-Palestina. Immedjatament wara li l-unur ġie mħabbar ħames membri tal-Kumitat Nobel Norveġiż ikkundannaw lil Arafat bħala terrorista u rriżenjaw.
 
L-unur tal-2004 tal-Premju Nobel għal-Letteratura lil [[Elfriede Jelinek]] wasslet għal protesta min Knut Ahnlund, membru tal-Akkademja Żvediża. Dan tal-aħħar irriżenja fejn stqarr li l-għażla ta' Jelinek ikkawżat "ħsara irreparabbli lejn il-forzi progressivi kollha" u "kkonfondiet il-ħarsa ġenerali tal-letteratura bħala arti". Il-Premju għal-Letteratura tal-2009 għal [[Herta Müller]] ġab miegħu wkoll kritika, fejn skont il-''[[The Washington Post|Washington Post]]'' ħafna kritiċi u professuri letterarji Amerikani qatt ma kienu segħmu biha qabel. Din ħassbet lil ħafna fuq li l-premjijiet huma influwenzati mill-perspettiva Ewropea.
 
== Ħoloq esterni ==