Manwel Dimech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 37:
==Għalliem u t-twaqqif ta' Ix-Xirka tal-Imdawlin==
Fl-1898 ukoll Dimech fetaħ skola fi Triq Brittanja, il-Belt li fiha beda jgħallem il-lingwi u beda jissejjaħ il-Professur Dimech. Nhar it-22 ta' Ottubru 1911 waqqaf formalment ''Ix-Xirka tal-Imdawlin'', b'laqgħa pubblika f'Raħal Ġdid.
 
===Manwel Dimech u Dun Ġorġ Preca==
=== Dun Ġorġ u Manwel Dimech ===
Fl-istess żmien li Dimech kien taħt l-attenzjoni tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi, anke [[Dun Ġorġ Preca]] u s-soċji tal-MUSEUM kienu ssuspettati minn ħafna fil-ġerarkija tal-Knisja. Manwel Dimech fl-istess żmien ifaħħarhom u jirreferi għalihom bħala "appostli".
==== "Alla mhux Bambin" ====
[[Mark Montebello]] jikteb hekk:
{{kwota|Kien hemm bosta temi oġġezzjonabbli li fuqhom tkellem Dimech, imma ebda waħda ma baqgħet tissemma daqs dik li fiha qal li "Alla mhux Bambin"... li kien sar kapital kbir minnha mill-għedewwa ta' Dimech biex joskurawh mal-pubbliku. Snin wara nħolqot ukoll il-ħrafa - imxandra l-iktar minn Herbert Ganado u Alessandru Bonnici - li madwar l-1921 Dun Ġorġ Preca kien beda l-Purċissjonijiet bil-Bambin fil-lejl tal-Milied proprju minħabba din l-espressjoni ta' Dimech, imma filfatt ma jeżisti ebda fundament storiku għal din il-ħrafa għajr il-fantasija popolari.}}
==== Xebh bejn Manwel Dimech u Dun Ġorġ? ====
Dr. Ronald Sultana, Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Università ta' Malta, u ex-soċju tal-MUSEUM, iddedika l-ktieb tiegħu ''Inside/Outside Schools: Towards a Critical Sociology of Education in Malta'' lil Dun Ġorġ u lil Manwel Dimech għax fi kliemu
 
{{kwota|in their own different ways saw in Education a source of Enlightement for themselves... and others.}}
Fl-2007, l-ex Priministru [[Alfred Sant]] kiteb hekk:
 
{{kwota|Naf li jeżisti ċertu rażan meta wieħed jiġi biex jikkuntrasta lil Dimech ma’ Preca. Imma nara paralleliżmu ċar bejn il-mod kif Dimech fittex li jorganiżża ħidmietu ta’ popolariżazzjoni sekolari, u l-mod li bih mexa dun Ġorġ fil-popolariżazzjoni reliġjuża… jien ngħidilha mistika… tiegħu. It-tnejn fittxew dritt il-bażi tal-kotra, l-irġiel u z-zgħazagħ li setgħu jitkebbsu bil-kurżita` dwar it-tagħlim. It-tnejn emmnu fil-qawwa tal-kitba u tat-taħdit bħala mutur organiżattiv. Mhux konċepibbli li Preca ma kienx jaf sew bil-ħidma u bil-metodi ta’ Dimech, li kien għoxrin sena akbar minnu fl-eta`. Meta Dimech ġie skumnikat fis-sena 1911, Preca kien ilu ħames snin qassis. Fi gżira ċkejkna bħal tagħna… li fil-bidu tas-seklu għoxrin kienet tgħodd popolazzjoni ta’ xi 200,000 ruħ… ftit seta’ jkun li qassis imrawwem ma jkunx konxju sew tal-ħidma “xiżmatika” ta’ Dimech. Bniedem iffukat fuq il-konkret tal-ħajja ta’ kuljum bħal Ġorġ Preca, anki b’mod intwittiv, żgur fehem kif ried jaħdem Dimech. Ħaġa minn ewl id-dinja li t-tnejn li huma, ħergin mill-istess tip ta’ soċjeta`, addottaw l-istess metodi ta’ ħidma. Preca seta’ għamel dan indipendentement minn Dimech, jew billi qiesu bħala mudell. Ma nara xejn skandaluż f’osservazzjoni bħal din, għadilli x-xebh bejn Dimech u Preca jista’ jdarras lil xi wħud. Li t-tnejn kienu qed jimmiraw lejn riżultati differenti hi ħaġa ċara, għalkemm illum nistgħu nagħrfu li fondamentalment ma kinux bilfors f’antagoniżmu qalil ma’ xulxin f’ħidmiethom.}}
 
==Ikkundannat mill-Knisja==