Manwel Dimech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 18:
# 1877. Ġimagħtejn wara, akkużat b'għażż u vagabondaġġ. Xahar ħabs u 5 liri multa. Flok il-multa għamel xahar ieħor ħabs. F'dawn ix-xahrejn bis-saħħa tal-Kappillan tal-Ħabs beda jitgħallem jaqra.
# Nhar it-3 ta' Frar 1878, Dimech u ħabibu Ġużi Azzopardi kienu involuti fi ġlieda l-Furjana li fiha nqatel ċertu Pawlu Genuis. Tawh 20 sena ħabs li tnaqqsulu għal 12-il sena ħabs b'xogħol iebes. Azzopardi nqatgħetlu għal mewt u Dimech ma spiċċax l-istess għax kien taħt l-età. Fil-ħabs sar iħobb il-kotba u beda jinteressa ruħu fil-politika. Huwa sar awto-didatta imma għenuh ħafna żewġ qassisin Protestanti: Rev. George Wisely u Kappillan Presbiterjan. Tgħallem sew il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż.
# 1891. Instab ħati ta' falsifikazzjoni ta' flus u reżistenza. 9 snin ħabs li tnaqqsulu għal sitt snin u nofs. Din id-darba fil-ħabs waqa' f'dipressjoni kbira tant li bagħtuh xahar il-manikomju. Il-ħabs beda jitmexxa minn Giorgio Barbaro, bniedem korrott għall-aħħar u protett minn [[Gerald Strickland|Strickland]], li mbagħad fl-1904 kien tkeċċa minn direttur tal-ħabs ħabba serq. Dimech beda jikteb kull ma kien qed jiġri fil-ħabs b'mod speċjali l-piena tal-mewt inġusta li kienet ingħatat lil Rużar Mizzi, magħruf bħala l-Lajs.
 
Nhar il-31 ta' Lulju 1897, Dimech ħareġ mill-ħabs għall-aħħar darba. Kellu 36 sena li 20 minnhom kien qattagħhom fil-ħabs. Meta ħareġ mill-ħabs it-tieni darba kien bniedem mibdul. Mar jgħix ma' ommu Birkirkara, li kellha tmut 3 snin wara.
 
Dimech fetaħ skola fi Triq Brittanja, il-Belt li fiha beda jgħallem il-lingwi u beda jissejjaħ il-Professur Dimech. Nhar it-8 ta' Jannar 1898, Dimech beda joħroġ ġurnal ġdid bl-isem "Il-Bandiera tal-Maltin". Waqqaf ukoll għaqda bl-isem ta' ''Ix-Xirka tal-Imdawlin''.
 
{{kwota|Tqum ma jridukx, ja poplu, iriduk tibqa’ rieqed, ħalli fil-waqt li int tkun mgħaddas fil-ħolm tiegħek… ikollhom iż-żmien li jagħmlu bik dak kollu li bik jagħmlu jridu… il-ktajjen li… dendlulek dawk li minn fuqek simnu u rabbew is-sonża… dawk li fik ma jarawx ħaġa oħra ħlief… sellum li bih jitilgħu fl-għoli huma biss! Qum! Qum! Qum!… stagħġeb iva kif ghal tant snin stajt tgħaddi l-ħajja tiegħek hekk mitlufa f’dak il-għazz kbir, mixħut minn tulek, tixbah aktar il-mejtin jew inkella l-ħajjin.}}
 
==Ikkundannat mill-Knisja==
Line 45 ⟶ 47:
==Għarfien wara mewtu==
 
Ghal ħafna snin wara mewtu lil Manwel Dimech ħadd ma kien ifakkru. Ġeraldu Azzopardi, il-professur [[Henry Frendo]], il-Prim Ministru [[Dom Mintoff]], li fl-1976 ried li jsir monument tiegħu quddiem Kastilja, u Patri Dr. Mark Montebello taw sehem kbir biex Manwel Dimech jingħata l-għarfien li jistħoqqlu.
===Ġeraldu Azzopardi===
F'Ġunju 1956, Ġeraldu Azzopardi, taħt l-isem "Xwejjaħ", beda jxandar sensiela ta' 12-il artiklu fil-ġurnal Laburista ''Is-Sebħ'' bl-isem "Meta l-poplu kien ġwejjed". Azzopardi kien sema' bih mingħand zijuh, Peppi Dalli. Dawn l-artikli ġabu reazzjoni mill-ġurnal tal-Azzjoni Kattolika ''Leħen is-Sewwa''. Fl-1975 Azzopardi ppubblika ''X'Ġarrab Manwel Dimech'' u fl-1978 ''Għejdut Manwel Dimech''.
===Henry Frendo===
Henry Frendo kien għażel lil Manwel Dimech bħala t-tema tat-teżi tiegħu għal-lawrija. F'Jannar 1971, Frendo beda jikteb għadd ta' artikli dwar Dimech f' ''Il-Ħajja'' ,li tagħha kien editur. L-Arċisqof [[Mikiel Gonzi]] ma riedx li dawn l-artikli jibqgħu jidhru u hekk ġara. Fl-1971 Frendo pprubblika t-teżi tiegħu bl-Ingliż fuq Dimech bl-isem ''Birth Pangs of a Nation''. Fl-1978 ippubblikaha bil-Malti fil-ktieb ''Lejn Tnissil ta' Nazzjon''.
===Mark Montebello===
Fl-2004, il-patri Dumnikan studjuż Mark Montebello ħareġ il-bijografija monumentali '''Dimech''', ktieb ta' 576 paġna b'daqs kbir ta' 280 X 198 millimetri. Fl-2006, ħareġ edizzjoni mqassra tal-ktieb bl-isem "Jien Manwel Dimech" li fih jistħajjel lil Dimech qed jirrakkonta ħajtu fl-ewwel persuna lill-qarrej. Fl-2010 ħareġ is-CD "Manwel Dimech - Fi Kliemi". Montebello jsostni l-Knisja f'Malta għandha tagħmel apoloġija lil Manwel Dimech għall-mod kif trattatu.
===Monument===
Nhar l-1 ta' Mejju 1976 inkixef il-monument ta' Manwel Dimech, xogħol sabiħ tal-iskultur [[Anton Agius]], fil-pjazza ta' quddiem Kastilja mill-Ministru [[Lorry Sant]].
==Pont u Toroq==
Il-Gvern Laburista ta' Mintoff kien semma l-Pont tas-'Sliema Regional Road Project' (ta' fuq San Ġiljan) Pont Manwel Dimech. Kien tbierek mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Fl-istess żmien il-Bank Ċentrali kien ħareġ munita bix-xbiha tiegħu. Hemm toroq imsemmijin għalih f'Tas-Sliema u Ħal-Għaxaq.
===Il-Partit Laburista===
Ta' kull sena, f'jum mewtu nhar is-17 t'April jew f'xi ġurnata qrib, il-[[Partit Laburista]] jfakkar lil Manwel Dimech b'ċerimonja sempliċi fuq il-monument tiegħu quddiem Kastilja u b'diskors tal-mexxej tal-Partit.
===Musical "Manwel! Manwel! - Il-Bandiera tal-Maltin"===
F'Awissu 2000, il-Partit Laburista tella' l-musical oriġinali "Manwel! Manwel! - Il-Bandiera tal-Maltin" bħala l-avveniment ewlieni tal-festival "Iljieli Mediterranji" fil-fdalijiet tat-Teatru Rjal. Il-musical b'kitba u direzzjoni ta' Narcy Calamatta u mużika ta' [[Dominic Galea]] kellu attendenza kbira u ntlaqa' ferm tajjeb. Il-kantant [[Lawrence Gray]] kien interpreta l-parti ta' Dimech tifel u żagħżugħ u ta wkoll il-vuċi għall-kant ta' Dimech adult. Dan il-musical ittella' wkoll mill-Għaqda Kulturali Maltija f'Sydney l-Awstralja fl-2004.
===Wirt===
Fl-1988 fuq TVM kien intwera l-ewwel telefilm tax-xorta tiegħu, bl-isem "Wirt" li fih [[Lino Grech]] kien interpreta l-parti ta' Manwel Dimech.
===Dokumentarju===
Il-Kumpanija ''Where's Everybody'' ipproduċiet dokumentarju ta' sagħtejn maqsum f'żewġ partijiet fuq Manwel Dimech fis-sensiela ''Bijografiji'' li xxandar fuq TVM f'April 2010. Id-dokumentarju kien jinkludi siltiet minn intervisti ma' Mark Montebello u Henry Frendo u siltiet mill-musical "Manwel! Manwel! - Il-Bandiera tal-Maltin".
 
==Ħoloq esterni==