Manwel Dimech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 8:
==Fil-ħabs==
 
Wara l-mewt ta' missieru, Dimech beda jagħmilha ma' tfal tamparu u ikbar minnu li qabbduh it-triq tal-kriminalità. F'ħames snin spiċċa l-ħabs disa' darbiet.
# 1874. Kien għad kellu 13-il sena. Ma' żewġt itfal daqsu seraq xkora ta' 5 soldi. Weħel jumejn ħabs.
# 1874. 4 xhur wara, għamel serqa ma' żewġ żgħażagħ ta' 17-il sena f'dar f'San Ġiljan f'oġġetti b'valur ta' sterlina u 9 dinari. Weħel sena ħabs.
# 1875. 6 xhur wara, akkużat b'għażż u vagabondaġġ. 20 jum ħabs. Ipprova jaħrab. 3 ijiem oħra ħabs fuq ħobż u ilma.
# 1876. 6 xhur wara, seraq 8 xkejjer tal-pannu b'valur ta' 8 xelini. 20 jum ħabs.
# 1877. 3 ġimgħat wara, reġa' seraq 3 xkejjer tal-pannu b'valur ta' 3 xelini u 4 soldi. 3 xhur ħabs b'xogħol iebes.
Linja 17:
# 1877. Xahar wara, inqabad jipprova jisraq minn dar u minn kaxxa tal-flus minn niċċa. 20 jum ħabs.
# 1877. Ġimagħtejn wara, akkużat b'għażż u vagabondaġġ. Xahar ħabs u 5 liri multa. Flok il-multa għamel xahar ieħor ħabs. F'dawn ix-xahrejn bis-saħħa tal-Kappillan tal-Ħabs beda jitgħallem jaqra.
# Nhar it-3 ta' Frar 1878, Dimech u ħabibu Ġużi Azzopardi kienu involuti fi ġlieda l-Furjana li fiha nqatel ċertu Pawlu Genuis. Tawh 20 sena ħabs li tnaqqsulu għal 12-il sena ħabs b'xogħol iebes. Azzopardi nqatgħetlu għal mewt u Dimech ma spiċċax l-istess għax kien taħt l-età. Fil-ħabs sar iħobb il-kotba u beda jinteressa ruħu fil-politika. Huwa sar awto-didatta imma għenuh ħafna żewġ qassisin Protestanti: Rev. George Wisely u Kappillan Presbiterjan. Tgħallem sew il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ġermaniż.
# 1891. Instab ħati ta' falsifikazzjoni ta' flus u reżistenza. 9 snin ħabs li tnaqqsulu għal sitt snin u nofs. Din id-darba fil-ħabs waqa' f'dipressjoni kbira tant li bagħtuh xahar il-manikomju. Il-ħabs beda jitmexxa minn Giorgio Barbaro, bniedem korrott għall-aħħar u protett minn Strickland, li mbagħad fl-1904 kien tkeċċa minn direttur tal-ħabs ħabba serq. Dimech beda jikteb kull ma kien qed jiġri fil-ħabs b'mod speċjali l-piena tal-mewt inġusta li kienet ingħatat lil Rużar Mizzi, magħruf bħala l-Lajs.
# 1891. Instab ħati ta' falsifikazzjoni ta' flus. 9 snin ħabs.
 
Nhar il-31 ta' Lulju 1897, Dimech ħareġ mill-ħabs għall-aħħar darba. Kellu 36 sena li 20 minnhom kien qattagħhom fil-ħabs. Meta ħareġ mill-ħabs it-tieni darba kien bniedem mibdul. Mar jgħix ma' ommu Birkirkara, li kellha tmut 3 snin wara.
 
Dimech fetaħ skola fi Triq Brittanja, il-Belt li fiha beda jgħallem il-lingwi u beda jissejjaħ il-Professur Dimech. Nhar it-8 ta' Jannar 1898, Dimech beda joħroġ ġurnal ġdid bl-isem "Il-Bandiera tal-Maltin". Waqqaf ukoll għaqda bl-isem ta' ''Ix-Xirka tal-Imdawlin''.
 
==Ikkundannat mill-Knisja==
 
Meta ħareġ mill-ħabs it-tieni darba kien bniedem mibdul. Fetaħ skola fi Triq Brittanja, il-Belt li fiha beda jgħallem il-lingwi u beda jissejjaħ il-Professur Dimech. Nhar it-8 ta' Jannar 1898, Dimech beda joħroġ il-ġurnal "Il-Bandiera tal-Maltin". Waqqaf ukoll għaqda bl-isem ta' ''Ix-Xirka tal-Imdawlin''. Dan wassal biex nhar it-28 ta' Novembru 1911, l-awtoritajiet tal-[[Knisja Kattolika|Knisja]] [[skomunika|skumnikawh]]. Nhar it-12 ta' Jannar 1912 Dimech ġie mħaġġar hu u sejjer [[Ħal Qormi]] biex ikellem lin-nies, wara li kienu inċitati mill-Kappillan. [[Herbert Ganado]] jgħid hekk:
 
{{kwota|Li kieku Dimech iddefenda biss il-foqra u l-ħaddiema u ried itejjeb il-kundizzjonijiet soċjali tagħhom, l-opra tiegħu kenet tkun ta' ġid... Iżda Dimech kellu ħsieb filosofiku u soċjali kontra kull awtorità, kellu ideat reliġjużi vagi u fl-ajru u mhux marbutin mal-Knisja, kien anti-klerikali, u għalhekk it-tagħlim tiegħu kien qarrieqi.}}